Left arrow Go Back

MALTA TIRRATIFIKA IT-TRATTAT DWAR IL-KUMMERĊ TAL-ARMI - KWARTIERI ĠENERALI TAL-ĠNUS MAGĦQUDA – NEW YORK

pr140737mt
Date Icon 09/04/2014

Malta flimkien mal-Bulgarija, Kroazja, Danimarka, Estonja, Finlandja, Franza, Ġermanja, Ungerija, Irlanda, Italja, Latvja, Romanija, Slovakja, Slovenja, Spanja, ir-Renju Unit u El Salvador irratifikaw fit-2 ta’ April 2014, it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (Arms Trade Treaty – ATT). Ir-Rappreżentant Permanenti għall-Ġnus Magħquda, l-Ambaxxatur Christopher Grima, iddepożita f’isem il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta l-istrument tar-ratifika waqt ċerimonja fil-Kwartieri Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fi New York, eżattament 12-il xahar wara li l-ATT ġie adottat fit-2 ta’ April 2013.

Malta hija fost l-ewwel pajjiżi li rratifikaw dan it-Trattat internazzjonali daqstant importanti li għandu l-għan li jirregola l-kummerċ internazzjonali tal-armi u għalhekk jikkontribwixxi direttament għall-paċi u stabilità; punti ewlenin fil-politika barranija ta’ Malta. Ir-ratifikazzjoni ta’ Malta hija fost l-ewwel 50 ratifikazzjoni meħtieġa sabiex l-ATT jidħol fis-seħħ.

Fiċ-ċerimonja tat-2 ta’ April 2014 fil-Kwartieri Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fi New York, il-Viċi Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Jan Eliasson faħħar lil dawk il-pajjiżi li ddepożitaw ir-ratifikazzjonijiet tagħhom u ddiskrivihom bħala eżempju għal pajjiżi oħra. Huwa saħaq fuq l-importanza tal-ATT, mhux biss għall-Istati Membri, iżda wkoll għall-Ġnus Magħquda fl-għan tagħha li xxerred il-paċi.

Iktar ratifikazzjonijiet huma mistennija fis-sena 2014 u huwa mistenni li t-Trattat jidħol fis-seħħ din is-sena.

Komunikazzjoni konġunta ġiet ippreżentata mis-17-il Membru tal-Unjoni Ewropea li rratifikaw l-ATT.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow