Left arrow Mur Lura

SER JITWAQQAF KUNSILL XJENTIFIKU LI JAGĦTI L-PARIRI DWAR L-AMBJENT - SCIENTIFIC ADVISORY COUNCIL FOR THE ENVIRONMENT

pr140735
Date Icon 09/04/2014

Dan tħabbar minn Leo Brincat, Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima waqt żjara fl-Expo tax-Xjenza organizzata Mill-NSTF

Meta dalgħodu l-Ministru Leo Brincat  żar l-Expo tax-Xjenza organizzata mill-NSTF fl-Istitut tax-Xjenza Applikata tal-MCAST f'Raħal Ġdid, ħabbar li aktar tard din is-sena l-Ministeru tiegħu kien ser jwaqqaf Kunsill Xjentifiku li jagħti l-pariri ambjentali.

Dan ser ikun mibni fuq il-qafas ta'  kunsilli oħrajn simili li diġa jeżistu f'għadd ta' pajjiżi avvanzati fl-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Brincat qal li dan il-Kunsill, ser jagħti opinjonijiet indipendenti lill-Ministeru u lill-Gvern dwar kwistjonijiet  ambjentali bil-ħsieb li jipprovdi bażi xjentifika għat-teħid tad- deċiżjonijiet fejn jidħol l-ambjent.

Brincat qal li kien qed jagħmel dan b'konformita' mal-programm elettorali tal-Gvern Laburista li poġġa l-Ambjent fuq quddiem tal-agenda tiegħu. 

Matul iż-żjara tiegħu, l-Ministru Brincat żar għadd ta' klassijiet li fihom diversi studenti kienu qed jaħdmu fuq xjenza applikata fi stadji varji

Il-Ministru Leo Brincat qal li l-appoġġ finanzjarju tal-Ministeru għal din l-inizjattiva għandu jitqies bħala investiment u mhux xi att ta' karita'. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow