SER JITWAQQAF KUNSILL XJENTIFIKU LI JAGĦTI L-PARIRI DWAR L-AMBJENT - SCIENTIFIC ADVISORY COUNCIL FOR THE ENVIRONMENT
Dan tħabbar minn Leo Brincat, Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima waqt żjara fl-Expo tax-Xjenza organizzata Mill-NSTF
Meta dalgħodu l-Ministru Leo Brincat żar l-Expo tax-Xjenza organizzata mill-NSTF fl-Istitut tax-Xjenza Applikata tal-MCAST f'Raħal Ġdid, ħabbar li aktar tard din is-sena l-Ministeru tiegħu kien ser jwaqqaf Kunsill Xjentifiku li jagħti l-pariri ambjentali.
Dan ser ikun mibni fuq il-qafas ta' kunsilli oħrajn simili li diġa jeżistu f'għadd ta' pajjiżi avvanzati fl-Unjoni Ewropea. Il-Ministru Brincat qal li dan il-Kunsill, ser jagħti opinjonijiet indipendenti lill-Ministeru u lill-Gvern dwar kwistjonijiet ambjentali bil-ħsieb li jipprovdi bażi xjentifika għat-teħid tad- deċiżjonijiet fejn jidħol l-ambjent.
Brincat qal li kien qed jagħmel dan b'konformita' mal-programm elettorali tal-Gvern Laburista li poġġa l-Ambjent fuq quddiem tal-agenda tiegħu.
Matul iż-żjara tiegħu, l-Ministru Brincat żar għadd ta' klassijiet li fihom diversi studenti kienu qed jaħdmu fuq xjenza applikata fi stadji varji
Il-Ministru Leo Brincat qal li l-appoġġ finanzjarju tal-Ministeru għal din l-inizjattiva għandu jitqies bħala investiment u mhux xi att ta' karita'.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en