Left arrow Mur Lura

PASS IMPORTANTI IEĦOR FIS-SETTUR TAL-BIEDJA, L-IMPORTAZZJONI TAL-PATATA SE TIKBER UKOLL GĦAS-SUQ ŻVEDIŻ

pr140731
Date Icon 08/04/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Roderick Galdes, dan l-aħħar iltaqa’ ma’ kumpaniji tal-importazzjoni tal-patata fejn ġiet diskussa l-bidu ta’ esportazzjoni tal-patata lejn suq ġdid fl-Iżvezja. Din hija kisba importanti fis-settur tal-patata fejn matul din is-sena se jibdew jiġu esportati bejn 25,000 u 50,000 kilo.

Wara taħdidiet li saru mis-settur tal-biedja, kumpanija Żvediża ddeċidiet li tibda timporta minn pajjiżna dan il-prodott ġenwin Malti  bil-potenzjal li s-sena d-dieħla jiżdied. Is-Segretarjat qal li din l-aħbar hija waħda ferm pożittiva għas-settur u se tkun ta’ solljev ekonomiku kif ukoll mezz ta’ diversifikazzjoni tas-suq. Is-Segretarjat jittama li din ma tkunx biss opportunità ta’ darba iżda waħda annwali. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow