STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL
Figuri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jindikaw li n-numru ta' nies fuq ir-reġistru naqas minn 7,789 f'Jannar għal 7,753 fi Frar 2014. Ir-rata tal-qgħad f’Malta tibqa’ stabbli u fost l-inqas fl-Unjoni Ewropea kollha.
Iċ-ċifri juru li r-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ naqset minn 14.2% fl-2012 għal 13.5% fl-2013. L-aktar statistika riċenti fuq l-andament tas-suq tax-xogħol f’Malta, il-Labour Force Survey tal-aħħar kwart tal-2013, turi li r-rata tal-impjiegi f'pajjiżna laħqet livelli rekord. F'Diċembru li għadda din ir-rata għoliet għal 61.1%, żieda ta' 1.6 punti perċentwali fuq il-livell ta' sena qabel.
Is-sena li għaddiet, l-impjiegi f'pajjiżna żdiedu bi kważi 4,800, jew 2.8%. Dan jikkuntrasta maż-żieda ta' 1.7% li kienet reġistrata sa Marzu 2013, fi tmiem l-amministrazzjoni preċedenti. Mhux biss. Din id-darba ż-żieda seħħet fil-maġġoranza tagħha b’impjiegi full-time, b'żieda ta' 3,600.
Aħbar tajba oħra hija li, skont l-istatistika tal-Labour Force Survey, il-paga medja f'pajjiżna kompliet tissaħħaħ, b'żieda ta' 3.5% fuq l-2012. Dan it-titjib fil-paga, flimkien mat-tnaqqis fl-inflazzjoni taħt din l-amministrazzjoni, qed iwassal biex ikun hemm aktar flus fil-bwiet tal-familji Maltin u Għawdxin.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en