Left arrow Mur Lura

ŻJARA BLA ĦSIEB MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA FIĊ-ĊENTRU ĦIDMA SOĊJALI TA’ SANTA VENERA U FIĊ-ĊENTRU TA’ MATUL IL-JUM GĦALL-PERSUNI NIEQSA MID-DAWL

pr140728
Date Icon 08/04/2014

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana illum għamlet żjara bla ħsieb fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali ta’ Santa Venera. Matul din iż-żjara, is-Segretarju Parlamentari ħadet l-opportunità żżur dipartimenti differenti preżenti f’dan iċ-ċentru u tiltaqa’ mal-ħaddiema li taħdem id f’id magħhom fil-ħidma tagħha.

Fost id-dipartimenti li daret matul din iż-żjara, kien hemm id-Dipartiment taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum, tal-Meals on Wheels, tas-servizz tal-Handyman, tal-Welfare u d-Dipartiment tal-Home Help, fejn iltaqat ma’ diversi supervisors li jaħdmu f’dan ix-xogħol. Għalkemm ma żaritx iċ-ċentru tat-TelecarePlus, is-Segretarju Parlamentari ltaqat wkoll mal-prinċipal tat-TelecarePlus. Justyne Caruana staqsiet u ħadet kummenti tal-ħaddiema dwar il-problemi li jsibu ta’ kuljum u x’jista’ jagħmel il-gvern biex itejjeb ix-xogħol u is-servizz li jingħata fil-komunità. 

Is-Segretarju Parlamentari ħadet ukoll l-opportunità li żżur il-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità, fejn iltaqat maċ-Ċermen il-ġdid ta’ din il-Kummisjoni, is-sur Oliver Scicluna. Justyne Caruana mbagħad żaret iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-Persuni niesqsa mid-dawl. F’dan iċ-Ċentru jattendu madwar 20 persuni nieqsa mid-dawl ta’ kuljum. Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana ltaqgħet mal-membri li jattendu dan iċ-ċentru u dawk li jieħdu ħsiebhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow