Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr140725
Date Icon 08/04/2014

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kompla bil-konvalexxenza tiegħu wara li nhar il-Ħadd filgħaxija kellu jiddaħħal l-isptar isofri minn uġiegħ akut f'għajnejh it-tnejn.

Mis-60 persuna li kienu qed jattendu l-attivita' fiż-Żurrieq u li ġew rikoverati, jidher li l-Prim Ministru kellu l-agħar sitwazzjoni minħabba li kien l-aktar wieħed espost għal dak li seta' wassal għal din is-sitwazzjoni.

Il-Prim Ministru għamel ftit inqas minn 24 siegħa mingħajr ma jista' jara b'mod temporarju.  Madankollu, mill-bieraħ filgħaxija l-vista' tiegħu bdiet ġejja għan-normal. Huwa għad fadallu ftit żmien ta' konvalexxenza fejn ġie ordnat biex ma jidħolx lura għax-xogħol mill-ewwel u biex jibda’ jesponi ruħu għad-dawl ftit ftit, sabiex iħalli l-fejqan jieħu l-ħin tiegħu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow