STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Il-Prim Ministru Joseph Muscat kompla bil-konvalexxenza tiegħu wara li nhar il-Ħadd filgħaxija kellu jiddaħħal l-isptar isofri minn uġiegħ akut f'għajnejh it-tnejn.
Mis-60 persuna li kienu qed jattendu l-attivita' fiż-Żurrieq u li ġew rikoverati, jidher li l-Prim Ministru kellu l-agħar sitwazzjoni minħabba li kien l-aktar wieħed espost għal dak li seta' wassal għal din is-sitwazzjoni.
Il-Prim Ministru għamel ftit inqas minn 24 siegħa mingħajr ma jista' jara b'mod temporarju. Madankollu, mill-bieraħ filgħaxija l-vista' tiegħu bdiet ġejja għan-normal. Huwa għad fadallu ftit żmien ta' konvalexxenza fejn ġie ordnat biex ma jidħolx lura għax-xogħol mill-ewwel u biex jibda’ jesponi ruħu għad-dawl ftit ftit, sabiex iħalli l-fejqan jieħu l-ħin tiegħu.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en