TAGĦLAQ IS-SEJĦA GĦAL ESPRESSJONI TA’ INTERESS GĦALL-OPERAT TAT-TRASPORT PUBBLIKU
Wara li llum għalqet is-sejħa għal espressjoni ta’ interess għall-operat tat-trasport pubbliku f’pajjiżna, b’kollox kien hemm tliet kumpaniji li tefgħu l-offerta tagħhom u oħra li waslet wara li kien skada ż-żmien u wara li ngħalaq il-proċess fil-pubbliku.
Hekk kif issa għalaq il-perjodu li matulu, kumpaniji jew individwi kellhom iċ-ċans jitfgħu l-offerta tagħhom, il-pass li jmiss huwa li jiġu evalwati s-sottomissjonijiet ta’ dawk li tefgħu l-offerta.
“L-għan tagħna huwa li l-kumpanija li tintgħażel tkun waħda serja li tipprovdi servizz sostenibbli, servizz li jilħaq il-ħtiġijiet tal-pubbliku u li jwassal biex inkomplu nżidu l-patronaġġ. Irridu servizz li wieħed joqgħod fuqu, servizz effiċjenti u li jikkunsidra wkoll l-aspett ekonomiku u soċjali,” qal Joe Mizzi, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en