Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA

pr140719
Date Icon 07/04/2014

Azzjoni biex jinqata’ xogħol prekarju fl-ARMS

Waqt żjara li għamel lill-ħaddiema tal-ARMS, il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, Dr Konrad Mizzi ħabbar miżuri li permezz tagħhom madwar 40 ħaddiema temporanju li jaħdmu ma’ din l-aġenzija, se jkollhom dħul diċenti u anke kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar.

Fil-fatt il-Ministru Dr Konrad Mizzi ħabbar li dawn l-impjegati se tkun qed jiżdidilhom id-dħul tagħhom minn madwar €4.50 is-siegħa għal €6.50 is-siegħa, wara ftehim li ntlaħaq mal-kuntrattur, mingħajr  ebda spejjeż addizjonali għall-ARMS u li se jibdew jibbenefikaw minn kundizzjonijiet bħal leave, sick leave u maternity leave, li se jkun assorbit mill-ARMS.

Il-Ministru Dr Konrad Mizzi qal li mhux aċċettabbli li jkollok ħaddiema li jkollhom il-kuntratt tagħhom imġedded xahar b’xahar. Qal li din is-sitwazzjoni, li kienet ilha għaddejja s-snin, trid tispiċċa.

Qabel ma saret din il-ħidma, l-impjegati ta’ ARMS Ltd. ma kellhomx xogħol stabbli, kellhom kundizzjonijiet mhux tajba u ma setgħux jidħlu f’self mal-banek biex jippjanaw il-futur tagħhom. Dawn il-ħaddiema kienu f’sitwazzjoni li ma kienitx sostenibbli għalihom.

Il-Ministru Konrad Mizzi qal li dan xorta m’huwiex biżejjed u li l-Gvern se jibqa’ jaħdem biex itejjeb il-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema. Dan se jseħħ permezz ta’ konsultazzjoni mal-GWU fis-sitt xhur li ġejjin.

Din l-aħħar inizjattiva tindirizza l-bżonnijiet tal-familji u tal-ħaddiema u tkompli torbot mal-ħidma tal-Gvern favur il-familji f’pajjiżna, fosthom bir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, b’medja ta’ 25% għad-dawl u 5% għall-ilma.

Dan kollu huwa xhieda ta’ kemm il-Gvern lest li jgħin lill-familji u qed jieħdu azzjonijiet immedjati biex jgħinhom ħalli jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow