Left arrow Go Back

L-INVESTIMENT ĠERMANIZ F’MALTA JKOMPLI JISSAĦĦAĦ BIL-PRESENZA TAL-KUMPANIJA IBG AUTOMATION GMBH – MINISTRU CARDONA

pr140717mt
Date Icon 07/04/2014

Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona ħabbar l-kumpanija Ġermaniza IBG Automation GmbH fil-Ġimgħat li ġejjin se tkun qed tistabilixxi ruħha f’Malta. Din il-kumpanija Ġermaniza hija waħda mis-36 proġett b’investiment dirett barrani ġdid approvat mill-Malta Enterprise matul 2013.

Il-Ministru Chris Cardona ħabbar dan fil-presenza tal-kanċillier Ġermaniz Angela Merkel u l-Prim Ministru tal-Olanda Mark Rutte, matul żjara  fl-istand li l-kumpanija IBG Automation GmbH għandha esebita bħalissa fil-fiera ta’ Hannover, l-ikbar fiera tal-industrija.

“B’sodisfazzjon pajjiżna se jibda jesperjenza l-bidu tan-numru rekord ta’ proġetti b’investiment barrani li l-Malta Enterprise approvat matul l-2013. Dawn huma proġetti li se jħallu effett sinifikanti fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna waqt li jkomplu jiġġeneraw aktar opportunitajiet ta’ impjiegi ta’ kwalita’” sostna l-Ministru Cardona.

Il-Kumpanija Ġermaniza IBG Automation GmbH, li tagħmel parti mill-Grupp Goeke Technology, ilha stabilita’ f’Neuenrade, viċin Dusseldorf mill-1982. Din il-kumpanija tal-familja tispeċjaliza fl-iżvillup u l-produzzjoni ta’ automation systems għal diversi tipi ta’ Industrija.

Fost il-klijent rinomati li għandha l-IBG hemm kumpaniji kbar bħal BMW, BAYER u MIELE. Din il-kumpanija hija magħrufa għas-servizzi li toffri fuq robots Ġermanizi magħrufa fl-Industrija bħala KUKA, ABB, BOSCH, SIEMENS u FESTO. Fl-2012 fil-Ġermanja l-bejgħ ta’ robots u sistemi awtomatiċi kiber bi 8%. Il-Kumpanija IBG Automation fl-aħħar snin esperjenzat żieda fil-bejgħ u prodotti tas-servizzi tagħha.

“Il-presenza tal-kumpanija IBG Automation GmbH se tkompli ssaħħaħ l-investiment Ġermaniz f’Malta. L-intrapriża Ġermaniza ilha stabilitiha f’Malta għal għexiren ta’ snin u tipprovdi eluf ta’ impjiegi ta’ kwalita’ u b’kundizzjonijiet tajbin ħafna għal ħaddiema Maltin” qal il-Ministru Cardona.

Il-Ministru Cardona spjega li din il-kumpanija ddeċidied li tistabilixxi ruħha f’Malta bil-għan li tipprovdi lill-klijenti tagħha fil-Ġermanja servizz ta’ manifattura, żvillup, disinjar u verfika ta’ automation systems. Il-pjan tal-kumpanija huwa dak li tibda proġetti żgħar li jinvolvu robots u light weight parts. Id-disinjar, il-manifattura u l-verefika ssir f’Malta waqt li l-fazi finali tal-manifattura ssir fil-Ġermanja. Il-Kumpanija għandna wkoll il-ħsieb li tistabilixxi f’Malta sessjoni relatata mad-disinjar ta’ magni u simultation cell ta’ magni kbar.

Il-Malta Enterprise kienet stabilit kuntatt ma’ din il-kumpanija f’April tas-sena li għaddiet matul id-Deutsche Messe, f’Hannover. Fil-bidu tal-2014 il-preparamenti biex din il-kumpanija tiftaħ f’Malta intensifikaw bil-għan li l-operat tal-kumpanija jkun jistgħa jibda lejn nofs din is-sena.

B’investiment inizjali ta’ aktar minn 600,000 ewro, il-kumpanija IBG Automation GmbH mistennijja timpjega numru sostanzjali ta’ professjonisti fil-mekkanika u l-inġinjerija, technicians u programmers fil-qasam tar-robotika, PC control u SPS control.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow