Left arrow Mur Lura

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ GĦAWDXIN IMĦEĠĠA BIEX JIPPARTEĊIPAW FL-ELEZZJONIJIET TAL-PARLAMENT EWROPEW

pr140710
Date Icon 07/04/2014

“Irrispettivament minn liema sfond politiku ġejjin minnu, iż-żgħażagħ huma nkoraġġati biex jipparteċipaw u jsemmgħu l-preokkupazzjonijiet, l-ideat, u l-viżjoni  tagħhom quddiem dawk li potenzjalment sejrin jirrapreżentawhom fuq livell tal-Unjoni Ewropea”. Qal dan il-Ministru għal Għawdex Dr. Anton Refalo waqt dibattitu li sar mill-League of Young Voters Malta bħala parti mill-proġett “Make your choice – Through the ballot box”. Dan id-dibattitu ġie organizzat mill-Aġenzja Żgħażagħ flimkien mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta. 

F’dan id-dibattitu  li ttella’ f’Għawdex bit-tema, ‘Iż-Żgħażagħ Għawdxin u l-Unjoni Ewropea’, Dr. Refalo ħeġġeġ liż-żgħażagħ Għawdxin  biex ikunu minn ta’ quddiem nett biex juru kif jaħsbu li l-ħajja tal-Għawdxin tista’ tittejjeb permezz ta’ interventi u proġetti Ewropej f’Għawdex. Dan minħabba l-fatt illi ż-żgħażagħ Għawdxin jaffaċċjaw sfidi differenti minn dawk taż-żgħażagħ Maltin. Dr. Refalo semma kif filwaqt liż-żagħżugħ Malti jkollu s-sostenn tal-familja tiegħu huwa u jistudja,  iż-żgħażugħ Għawdxi jkolli jfendi għal rasu ’l bogħod minn familtu. Dan iġib ukoll tbatija jew ta’ vvaġġjar kontinwu bejn iż-żewġ gżejjer jew fl-aħħar mill-aħħar ta’ migrazzjoni lejn Malta.  

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ, is-Sinjura Theuma, sostniet li fl-elezzjonijiet li jmiss hemm bżonn tinbidel it-tendenza kurrenti fir-rata ta’ votanti żgħażagħ madwar l-Ewropa. Għaldaqstant Aġenzija Żgħażagħ ħasset il-ħtieġa li jsir dan il-proġett. Dan bil-għan li teduka ż-żgħażagħ u żżid l-għarfien dwar l-Unjoni Ewropea, kif ukoll tħeġġeġ liż-żgħażagħ biex joħorġu jivvutaw waqt l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.   

L-għan ta’ dan id-dibattitu kien li jippromwovi l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ Għawdxin, kif ukoll issaħħaħ l-informazzjoni u l-għarfien bażiku tagħhom fil-proċess demokratiku li se jwassal għall-elezzjonijiet tal-Membri Parlamentari Ewropej 2014. Id-dibattitu ppromwova impenn attiv u djalogu bejn iż-żgħażagħ Għawdxin u l-kandidati tal-Parlament Ewropew filwaqt li qajjem kuxjenza dwar id-drittijiet u r-responsabbilitajiet marbutin ma’ ċittadinanza Ewropea. 

Il-proġett Make your choice – Through the ballot box qiegħed jindirizza diversi prijoritajiet permezz ta’ numru ta’ inizjattivi fosthom dibattiti pubbliċi, pubblikazzjonijiet, videos, stħarriġ onlajn u diskussjonijiet. Dawn qed jinfurmaw liż-żgħażagħ dwar in-natura u l-irwol tal-proċess demokratiku f’livell Ewropew, b’mod partikulari dwar ix-xogħol tal-Parlament Ewropew u s-sehem li qed jagħtu l-European League of Young Voters. Il-kampanja, permezz tal-istħarriġ online, qed tenfasizza fuq il-prijoritajiet u l-kwistjonijiet relatati maż-żgħażagħ u kif dawn jistgħu jiġu indirizzati fil-Parlament Ewropew. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow