Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

pr140705
Date Icon 05/04/2014

Inawgurata Dar Emmaus, l-ewwel dar għall-vittmi ta’ vjolenza domestika

Waqt l-ewwel żjara uffiċjali tagħha f’Għawdex, erbgħa u għoxrin siegħa wara l-ħatra tagħha bħala President ta’ Malta, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca inawgurat Dar Emmaus, l-ewwel residenza għall-vittmi ta’ vjolenza domestika.

Matul l-indirizz tagħha l-President qalet li l-mira ta’ din id-Dar mhijiex biss li toffri kenn imma li tipprovdi pjan ta’ kura b’servizzi psikoloġiċi lill-vittmi ta’ vjolenza domestika.

Sostniet li dan jista’ jinkiseb permezz tal-public-social partnership li ġie ffirmat fil-jiem li għaddew qabel ma nħatret President tar-Repubblika filwaqt li fissret dan il-ftehim bħala l-mudell li fuqu rridu nimxu.

Il-vjolenza domestika, qalet il-President, iġġib magħha l-faqar għaliex il-vittmi jagħmlu snin twal isofru fis-silenzju qabel ma jkollhom il-kuraġġ li jqumu fuq saqajhom.

Permezz ta’ dawn il-PSP’s, ma nkunux qed noffru biss fondi pubbliċi f’forma ta’ donazzjoni imma fondi li jassiguraw pjanijiet ta’ kura biex jerġgħu jintegraw il-vittmi fis-soċjetà.

Minn naħa tiegħu l-Ministru għal Għawdex Dr. Anton Refalo, stqarr li f'Għawdex ilha tinħass il-ħtieġa li jingħata kenn xieraq lill-vittmi ta’ vjolenza domestika.

Dr. Refalo tkellem dwar kif  il-programmi soċjali u s-servizz li ser jiġi offrut f’Dar Emmaus se jkunu ta’ fejda u soljev għall-vittmi varji Għawdxin u l-familjari tagħhom.

Għal din l-inawgurazzjoni attenda wkoll il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Dr. Michael Farrugia  li tkellem dwar l-importanza li jingħata l-appoġġ neċessarju f’din il-gżira.

Wera l-impenn tiegħu li jkun t’għajnuna fil-qasam soċjali f’Għawdex filwaqt li ddeskriva dan il-proġett bħala biss il-bidu ta’ xi haga li kienet nieqsa fil-gzira Ghawdxija.

F'Dar Emmaus se jkun qed jingħata kenn temporanju, servizz ta’ counselling, support groups, pariri legali u mediċi kif ukoll għajnuna lit-tfal taħt it-tmexxija tal-Fondazzjoni Kenn u Tama.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow