Left arrow Mur Lura

PROJECT TEAMS BIEX TITJIEB IS-SISTEMA MANIĠERJALI TAS-SAĦĦA

pr140704mt
Date Icon 05/04/2014

Waqt li kien qed jindirizza konferenza organizzata mill-Assoċjazzjoni tal-Professjonisti ta’ Emerġenza, il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Dr Konrad Mizzi ħabbar li se jitwaqqfu project teams li se jħarsu lejn it-titjib tas-sistema maniġerjali fis-settur tas-saħħa. Dr Mizzi kompla jgħid li l-Gvern ħatar Chief Financial and Procurement Officer biex itejjeb l-oqsma tal-finanzi u l-procurement, li se jkun parti integrali mill-grupp ta’ tmexxija tas-settur tas-saħħa.

Il-Gvern qed iħares lejn pjan għat-tul filwaqt li fl-istess ħin jindirizza l-prioritajiet immedjati. Ir-rapporti li ġew ikkummissjonati fil-passat se jservu ta’ bażi għall-iżvilupp ta’ numru ta’ proġetti ta’ titjib fis-settur.

Il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa faħħar lill-professjonisti għax-xogħol siewi tagħhom u qal li l-Gvern huwa kommess li jindirizza l-limitazzjonijiet biex huma jkunu jistgħu jaħdmu f’ambjent aħjar, u permezz ta’ hekk ikun hemm titjib fis-settur tas-saħħa.

Minn naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Mr Chris Fearne qal li l-Gvern mill-bidu emfasizza li s-settur tas-saħħa se jagħtih prijorità, għaliex irid jara li f’kull qasam ta’ dan is-settur, il-pazjent għandu jingħata l-aħjar kura possibbli, l-aħjar servizz possibbli, fl-iqsar żmien u li din il-kura tingħata bid-dinjità li tistħoqqlu l-pazjent.

Huwa qal li jemmen bis-sħiħ li f’dan is-settur il-ħidma trid titkompla billi jkun hemm team magħqud, bl-istakeholders kollha involuti u b’hekk, l-għan aħħari li dejjem tibqa’ tittejjeb il-qagħda tal-pazjent, tista’ tirnexxi żgur.

Fil-bidu tad-diskors tiegħu Mr Fearne, li qabel inħatar bħala Segretarju Parlamentari għas-Saħħa kien il-Clinical Chairman tad-Dipartiment tal-Kirurġija, qal li bi sfond ta’ aktar minn 30 sena esperjenza fil-qasam mediku, huwa jista’ jifhem sew id-diffikultajiet li jsibu ma’ wiċċhom il-health care professionals li jaħdmu f’dan is-settur.

“Mhux faċli li jkollok twassal aħbar ħażina mal-qraba tal-pazjent,” qal Mr Fearne, “imma wieħed mill-privileġġi tal-health care professional huwa li jsalva l-ħajja, u jtaffi t-tbatija ta’ ħafna.”

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow