STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTA’ NAZZJONALI
Imnedija il-Film Fund u CoProduction Fund ta’ miljun ewro
F’konferenza tal-Aħbarijiet il-Ministru responsabbli mil-qasam tal-films, Dr. Manuel Mallia nieda il-film fund ġdid, kif ukoll għall-ewwel darba ġie ntrodott coproduction fund.
Dawn iż-żewġ fondi jimxu fuq żewġ kriterji li huma l-kwalita’ u l-istabbilita’. Bl-għajnuna li ser tingħata mill-Film Fund, l-enfażi se tkun fuq il-kwalita’ u mhux fuq il-kwantita’, Dan biex il-proġetti ma jibqgħux bħala scripts fuq l-ixkaffa iżda jimmaterjalizzaw f’films jew dokumentarji.
Din id-deċiżjoni ttieħdet, tenna Dr. Mallia, minħabba li minn mindu twaqqaf il-Film Fund (mill-2008), total ta’ 58 proġett (35 għal script writing u 23 produzzjonijiet) ingħataw l-għajnuna mill-Film Fund. Minn dawn irnexxilhom isiru 6 films jew dokumentarji biss. Il-Ministru Mallia qal li mill-2008 , f’ħames snin minn mindu bdiet tingħata għajnuna finanzjarja mill-Film Fund, eskluż l-2010 meta ma kinux ħarġu applikazzjonijiet, ingħataw madwar €900, 000 f’għajnuna. Huwa car li l-pajjiż ma kienx qed jieħu valur għall-flus li qed joħroġ.
Il-viżjoni tal-Gvern għal din l-industrija hi li jingħata nifs ġdid lill-industrija tal-Films biex tkun verament mutur għall-ekonomija ta’ pajjiżna.
Innovazzjoni oħra fil-Film Fund hi li ser jinqasam fi tnejn, id-Development Fund, li ser tkun iffukata fuq għajnuna finanzjarja għal scripting u il-Production Fund, li ser ikun iffukata biex issir il-produzzjoni attwali tal-film.
Kull film li japplika taħt id-Development Fund ser ikun jista jibbenefika minn total ta’ tletin elf ewro, żieda ta’ għaxart elf ewro meta mqabbel mas-snin ta’ qabel. Għall-ewwel darba stakeholders fl-Industrija ser ikollhom l-istabbilita’ li jistgħu ibassru meta ser joħorġu l-applikazzjonijiet. Dawn , fil-każ tad-Development Fund ser joħorġu fl-ewwel ġimgħa t’ April, filwaqt li fil-każ tal-Production Fund, l-applikazzjonijiet joħorġu fl-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju. Din kienet xewqa li urew għadd ta’ stakeholders f’laqgħat li saru, għaliex fil-passat ma kienux jafu d-dati eżatt ta meta jiftħu l-applikazzjonijiet. Apparti minn dan, fi żmien xahar jiġi deċiż jekk l-applikazzjoni tkunx ser tintlaqa’ jew le.
Innovazzjoni oħra hi li kull proġett ser ikollu appuntat miegħu mentor biex isegwi u jgħin biex kull proġett isir film.
Fil-Budget li għadda tħabbar ukoll għall-ewwel darba Coproduction Fund, ta’ miljun ewro f’ ‘equity’. Il-Ministru Mallia saħaq li permezz ta’ dan il-fond, irridu nattiraw numru ta’ kumpaniji ta’ produzzjoni barranin biex jissieħbu ma’ kumpaniji Maltin. B’hekk inkunu nistgħu niggarantixxu li l-ewwel nett in-nies fl-industrija lokali jieħdu vantaġġ minn kumpaniji barranin li jista’ jkollhom ħafna aktar esperjenzi minn kumpaniji Maltin , u apparti minn hekk jista jkollna aktar possibiltajiet li niġġerenaw films ta’ kwalita u għalhekk indawwru aktar ir-rota ta’ din l-industrija
Il-Ministru Manuel Mallia temm jgħid li l-Gvern qed jara li l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fl-2017 kif ukoll Valletta 2018 iservu bħala pjattaforma biex l-industrija tal-films Maltija tingħata aktar spinta u għalhekk l-importanza li nipproduċu films ta’ kwalita’.
Waqt l-istess konferenza tal-aħbarijiet fil-PBS , il-Kummissarju tal-Films Engelbert Grech, filwaqt li rringrazzja lill-Ministeru għall-appoġġ kontinwu, qal li għall-ewwel darba, ċerti proġetti se jkollhom l-opportunita’ li saħansitra jġibu 100% grants. Dan huwa intiżi biex ninvestu aktar fit-talent lokali. Sostna li statistika li ħarġet fil-jiem li għaddew turi li Malta tinsab fl-aħħarnett tal-klassifika tal-films Ewropej. Għaldaqstant qed isir xogħol kbir biex intejjbu l-livell ta’ din l-industrija. Dan kollu jagħmel sens ukoll fid-dawl tal-politika ta-Unjoni Ewropea Creative Europe.
Iċ-chairperson tal-Kummisjoni tal-Films Beverly Cutajar qalet li dawn it-tibdiliet qed isiru għax il-Kummisjoni temmen fit-talent lokali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en