Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTA’ NAZZJONALI

pr140693
Date Icon 03/04/2014

Imnedija il-Film Fund u CoProduction Fund ta’ miljun ewro

F’konferenza tal-Aħbarijiet il-Ministru responsabbli mil-qasam tal-films, Dr. Manuel Mallia nieda il-film fund ġdid, kif ukoll għall-ewwel darba ġie ntrodott coproduction fund.

Dawn iż-żewġ fondi jimxu fuq żewġ kriterji li huma l-kwalita’ u l-istabbilita’.  Bl-għajnuna li ser tingħata mill-Film Fund, l-enfażi se tkun fuq il-kwalita’ u mhux fuq il-kwantita’, Dan biex il-proġetti ma jibqgħux bħala scripts fuq l-ixkaffa iżda jimmaterjalizzaw f’films jew dokumentarji.

Din id-deċiżjoni ttieħdet, tenna Dr. Mallia, minħabba li minn mindu twaqqaf il-Film Fund (mill-2008), total ta’ 58 proġett (35 għal script writing u 23 produzzjonijiet) ingħataw l-għajnuna  mill-Film Fund. Minn dawn irnexxilhom isiru 6 films jew dokumentarji biss. Il-Ministru Mallia qal li mill-2008 , f’ħames snin minn mindu bdiet tingħata għajnuna finanzjarja mill-Film Fund, eskluż l-2010 meta ma kinux ħarġu applikazzjonijiet,  ingħataw madwar €900, 000 f’għajnuna.  Huwa car li l-pajjiż ma kienx qed jieħu valur għall-flus li qed joħroġ.

Il-viżjoni tal-Gvern għal din l-industrija hi li jingħata nifs ġdid  lill-industrija tal-Films biex  tkun verament mutur għall-ekonomija ta’ pajjiżna.

Innovazzjoni oħra fil-Film Fund hi li ser jinqasam fi tnejn, id-Development Fund,  li ser tkun iffukata fuq  għajnuna finanzjarja għal scripting  u il-Production Fund, li ser ikun iffukata biex issir il-produzzjoni attwali tal-film.

Kull film li japplika taħt id-Development Fund ser ikun jista jibbenefika minn total ta’ tletin elf ewro, żieda ta’ għaxart elf ewro meta mqabbel mas-snin ta’ qabel. Għall-ewwel darba stakeholders fl-Industrija ser ikollhom l-istabbilita’ li jistgħu ibassru meta ser joħorġu l-applikazzjonijiet. Dawn , fil-każ tad-Development Fund ser joħorġu fl-ewwel ġimgħa t’ April, filwaqt li fil-każ tal-Production Fund, l-applikazzjonijiet joħorġu fl-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju. Din kienet xewqa li urew għadd ta’ stakeholders f’laqgħat li saru, għaliex fil-passat  ma kienux jafu d-dati eżatt ta meta jiftħu l-applikazzjonijiet. Apparti minn dan, fi żmien xahar jiġi deċiż jekk  l-applikazzjoni tkunx ser tintlaqa’ jew le.

Innovazzjoni oħra hi li kull proġett ser ikollu appuntat miegħu mentor biex isegwi u jgħin biex kull proġett isir film.

Fil-Budget li għadda tħabbar ukoll għall-ewwel darba Coproduction Fund,  ta’ miljun ewro f’ ‘equity’. Il-Ministru Mallia saħaq li permezz ta’ dan il-fond,  irridu nattiraw numru ta’ kumpaniji ta’ produzzjoni barranin biex jissieħbu ma’ kumpaniji Maltin. B’hekk inkunu nistgħu niggarantixxu li l-ewwel nett in-nies fl-industrija lokali jieħdu vantaġġ minn kumpaniji barranin li jista’ jkollhom ħafna aktar esperjenzi minn kumpaniji Maltin , u apparti minn hekk jista jkollna aktar possibiltajiet li niġġerenaw films ta’ kwalita u għalhekk indawwru aktar ir-rota ta’ din l-industrija

Il-Ministru Manuel Mallia temm jgħid li l-Gvern qed jara li l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fl-2017 kif ukoll Valletta 2018 iservu bħala pjattaforma biex l-industrija tal-films Maltija tingħata aktar spinta u għalhekk l-importanza li nipproduċu films ta’ kwalita’.

Waqt l-istess konferenza tal-aħbarijiet fil-PBS , il-Kummissarju tal-Films Engelbert Grech, filwaqt li rringrazzja lill-Ministeru għall-appoġġ kontinwu, qal li għall-ewwel darba, ċerti proġetti se jkollhom l-opportunita’ li saħansitra jġibu 100% grants.  Dan huwa intiżi biex ninvestu aktar fit-talent lokali.  Sostna li statistika li ħarġet fil-jiem li għaddew turi li Malta tinsab fl-aħħarnett tal-klassifika tal-films Ewropej.   Għaldaqstant qed isir xogħol kbir biex intejjbu l-livell ta’ din l-industrija.  Dan kollu jagħmel sens ukoll fid-dawl tal-politika ta-Unjoni Ewropea Creative Europe.

Iċ-chairperson tal-Kummisjoni tal-Films Beverly Cutajar qalet li dawn it-tibdiliet qed isiru għax il-Kummisjoni temmen fit-talent lokali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow