IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI DR. MICHAEL FALZON F’LAQGĦA MAL-BORD TAL-MEPA U L-BORD TAL-EPC
L-għada li ngħata l-ġurament tal-ħatra, s-Segretarju Parlamentari Dr. Michael Falzon kellu laqgħa ta’ introduzzjoni mal-Bord tal-MEPA u l-Bord tal-EPC.
Waqt din il-laqgħa, Michael Falzon introduċa ruħu mal-membri tal-Bordijiet, filwaqt li fisser il-viżjoni fit-tul li għandu dan il-Gvern għal din l-Awtorita’. Huwa faħħar il-ħidma illi saret taħt it-tmexxija ta’ Dr. Michael Farrugia tul din l-aħħar sena, filwaqt illi rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-MEPA għal ħidma tagħhom.
Is-Segretarju Parlamentari spjega l-intenzjoni tiegħu li jkompli fuq din l-istess ħidma b’sens ta’ kontinwazzjoni u b’rispett lejn il-mandat tal-poplu Malti u Għawdxi fl-aħħar elezzjoni ġenerali, anke f’dan il-qasam.
Il-laqgħa illi kienet waħda ta’ natura nformali, swiet ukoll, sabiex ġew skambjati diversi ħsibijiet bejn dawk preżenti.
Is-Segretarju Parlamentari hu mistenni li jżur lill-ħaddiema tal-MEPA fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla.
iStqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en