STQARRIJA TAL-GVERN
pr140688
03/04/2014
L-Oppożizzjoni għandha tiddikjara l-interessi tagħha
L-Oppożizzjoni qed terġa’ tipprova tfixkel il-programm ta' Ċittadinanza b'Investiment billi tattakka kumpanija internazzjonali li ntgħażlet wara proċess trasparenti u kompetittiv.
Interessanti li dan l-attakk jikkonċidi bl-eżatt ma' azzjoni ta' kumpanija oħra li kkompetiet f'dan il-proċess u li kellha jirrappreżentawha ditta ta' avukati mmexxija minn avukat li huwa eks-ministru u preżentament membru parlamentari tal-PN.
Filwaqt li l-Gvern jirrispetta bis-sħiħ ir-rwol tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi, ikun tajjeb li l-Oppożizzjoni tiddikjara l-interessi tagħha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en