Pjan ta' Azzjoni dwar l-immigrazzjoni maqbul bejn l-Afrika u l-UE
Waqt is-Summit bejn l-Afrika u l-Unjoni Ewropea ġie maqbul Pjan ta' Azzjoni dwar il-Migrazzjoni u l-Mobilita' bħala parti mill-ftehim strateġiku ta' koperazzjoni bejn iż-żewġ kontinenti.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa' dan il-ftehim bejn il-pajjizi kollha tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi Afrikani.
Dr Muscat qal li dan huwa pass ieħor 'il quddiem biex ikollna soluzzjonijiet konkreti. Dan għadu biss kliem fuq karta, irridu li nibqgħu nagħfsu biex jidħlu fis-seħħ.
Din id-dikjarazzjoni hija importanti wkoll għax l-Unjoni Ewropea qed tqajjem il-kwistjoni tal-immigrazzjoni mhux biss fi ħdanha imma anke fil-koperazzjoni mal-pajjiiżi tal-Afrika. L-Afrikani qegħdin jintrabtu wkoll li jiġġieldu rackets kriminali li jwasslu għall-immigrazzjoni rregolari.
Il-Prim Ministru laqa' wkoll il-ftehim bilaterali li ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Niġerjan biex ikun hemm ripatrijazzjoni ta' persuni li ma ngħatawx status ta' azil.
Waqt is-Summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika ġie maqbul ukoll ftehim strateġiku li jippreżenta roadmap għal koperazzjoni ikbar bejn iż-żewġ kontinenti.
Id-dokumenti li qed issir referenza għalihom jinsabu f'dawn il-links:
- 4th EU-Africa Summit - Roadmap 2014-2017
http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_Data/docs/pressdata/en/ec/142094.pdf
- 4th EU-Africa Summit - Declaration
http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_Data/docs/pressdata/en/ec/142096.pdf
- Declaration on migration and mobility
http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_Data/docs/pressdata/en/ec/142096.pdf
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en