Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN

pr140685mt
Date Icon 03/04/2014

Iffirmat ftehim importanti bejn Malta u n-Niġerja biex isir ripatrijazzjoni ta' immigranti irregolari

Il-Gvern Malti u l-Gvern tan-Niġerja ffirmaw ftehim ta' koperazzjoni dwar ripatrijazzjoni ta' immigranti li jkunu daħlu fil-pajjiż b'mod irregolari.

Il-ftehim ġie ffirmat fi Brussell bejn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George W. Vella u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Niġerjan Aminu Wali waqt is-Summit bejn l-UE u l-Afrika. 

F'Malta bħalissa hemm madwar 155 persuna ta' nazzjonalità Niġerjana li ma ngħatawx status ta' ażil. 

Il-ftehim iffirmat bejn iż-żewġ pajjiżi jiggarantixxi li jiġu mħarsa d-drittijiet tal-bniedem tal-persuni ripatrijati u li b'ebda mod ma jgħaddu minn xi forom ta' maltrattament meta jirritornaw lura lejn pajjiżhom. Dan il-ftehim jara wkoll li persuni li jirritornaw lura f'pajjiżhom jiġu rintegrati u trattati bl-iktar mod dinjituż.

Iż-żewġ naħat qed jaqblu wkoll fuq tisħiħ tal-ġlieda kontra rackets kriminali li jorganizzaw traffikar ta' bnedmin.

Dan il-ftehim importanti bejn iż-żewġ pajjiżi huwa wieħed mill-modi kif pajjiżna qed jindirizza l-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari b'mod konkret. Il-koperazzjoni u d-djalogu ma' pajjiż bħan-Niġerja huwa kruċjali speċjalment meta f'pajjiżna teżisti komunità Niġerjana li diġà hija integrata sew fis-soċjetà Maltija.

Ir-ripatrijazzjoni tista' ssir ukoll permezz ta' fondi allokati mill-Unjoni Ewropea biex persuni li ma jingħatawx status ta' ażil jiġu ritornati lura mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow