Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU F'LAQGĦA MAL-PRESIDENT TAN-NIĠERJA

pr140678
Date Icon 02/04/2014

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu laqgħa bilaterali mal-President tan-Niġerja Goodluck Jonathan fejn flimkien tkellmu dwar ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi u l-kwistjoni tal-immigrazzjoni llegali. 

Din il-laqgħa saret matul is-Summit UE-Afrika fi Brussel.

Il-Prim Ministru qal li f'Malta hawn komunità Niġerjana magħmula minn persuni li daħlu Malta legalment, iżżewġu u integraw fis-soċjetà. Din il-komunità llum dieħla fit-tieni ġenerazzjoni tagħha u ħafna mill-ulied huma Maltin.

Meta wieħed iqis din l-istorja pożittiva, mhux aċċettabbli li xorta jkun hemm persuni min-Niġerja stess li jippruvaw jidħlu Malta illegalment.

Bħalissa f'Malta hawn 155 persuna Niġerjana li daħlu illegalment u qed jistennew li jiġu ritornati.

Għalhekk, il-Prim Ministru ħeġġeġ biex jiġu konklużi taħdidiet li ilhom għaddejin bejn iż-żewġ naħat biex dwar l-immigrazzjoni llegali isiru avvanzi iktar konkreti.

Dawn id-diskussjonijiet man-Niġerja huma importanti ħafna biex fost l-oħrajn jiġu ripatrijati persuni Niġerjani li ma ngħatawx status ta' ażil meta waslu Malta illegalment. Tkellmu wkoll dwar ir-racket ta' kriminalità li qed iwassal għal traffikar ta' persuni u kien hemm qbil li jsir sforz ikbar biex jitwaqqaf dan ir-racket.

Waqt il-laqgħa ġiet diskussa l-laqgħa tal-Kapijiet tal-Istati tal-Commonwealth 2015 li se ssir f'Malta. Il-Prim Ministru qal li jħares ’il quddiem għall-parteċipazzjoni tan-Niġerja fis-Summit tal-Commonwealth f'Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow