Left arrow Go Back

IL-GVERN IMPENJAT LI JKOMPLI JSAĦĦAĦ IL-PARTEĊIPAZZJONI TAN-NISA FIL-ĦAJJA EKONOMIKA

pr140675
Date Icon 02/04/2014

Il-Ministru Helena Dalli temfasizza l-ħtieġa ta’ aktar kandidati nisa fil-livelli kollha tal-parteċipazzjoni politika f’pajjiżna

F’dibattitu pubbliku organizzat mill-Konfederazzjoni Maltija dwar l-Organizzazzjonijiet tan-Nisa (MCWO) bit-titlu Gender Parity in Democracy: Let’s keep the balance! fl-isfond tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta’ Mejju li ġej, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli tkellmet dwar l-impenn tal-Gvern biex in-nisa jkomplu jingħataw sostenn qawwi fis-suq tax-xogħol.

Fost l-oħrajn semmiet iż-żieda fi programmi għat-tfal qabel u wara l-ħinijiet tal-iskola, l-introduzzjoni ta’ childcare b’xejn u sussidju akbar għal min jibgħat lit-tfal f’childcare privat intenzjonati biex isaħħu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja ekonomika.

Filwaqt li saħqet fuq l-importanza li jkun hemm opportunitajiet indaqs għall-avvanz fil-karriera għan-nisa, il-Ministru Dalli elenkat diversi miżuri li qed jittieħdu f’dan ir-rigward fosthom tħaddin ta’ policies ta’ ugwaljanza bejn nisa u rġiel minn numru akbar ta’ kumpaniji u entitajiet fis-settur pubbliku.

Il-Ministru Helena Dalli semmiet kif wara ħamsa u tletin sena se terġa’ tkun appuntata mara bħala President ta’ Malta filwaqt li llum stess Justyne Caruana nħatret bħala Segretarju Parlamentari.

Filwaqt li awgurat kull suċċess lill-kandidati nisa miż-żewġ partiti politiċi li se jkunu qed jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Helena Dalli emfasizzat il-ħtieġa ta’ aktar kandidati nisa fil-livelli kollha tal-parteċipazzjoni politika, u dan sabiex tiżdied il-probabilità li jkun hemm aktar nisa eletti.

Preżenti għal dan id-dibattitu kien hemm diversi kandidati mit-tliet partiti politiċi ewlenin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow