IFFIRMATI TLIET PUBLIC-SOCIAL PARTNERSHIPS MA’ NGOs
Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali ffirma tliet Public-Social Partnerships ma’ għaqdiet mhux governattivi.
Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca sostniet li dawn il-Public-Social Partnerships se jagħtu profil għoli lil NGOs hekk kif il-Gvern se jkun qed jixtri s-servizzi minn għandhom ħalli dawn ikomplu bil-ħidma soċjali tagħhom fil-komunità.
It-tliet Public-Social Partnerships ġew iffirmati mal-Fondazzjoni Kenn u Tama, mal-Fondazzjoni Nazareth u l-YMCA.
Permezz tal-ftehim mal-Fondazzjoni Kenn u Tama se tinfetaħ l-ewwel dar f’Għawdex għall-vittmi ta’ vjolenza domestika.
Dwar dan il-ftehim tkellem il-Ministru għal Għawdex Dr. Anton Refalo, li spjega kif kienet ilha tinħass il-ħtieġa li jingħata kenn xieraq lill-vittmi ta’ vjolenza domestika f’Għawdex.
Huwa semma’ kif il-Fondazzjoni Kenn u Tama mill-bidu nett sabet l-appoġġ sħiħ tal-Ministeru għal Għawdex biex dan ikun jista’ jseħħ.
Ġew iffirmati żewġ Public-Social Partnerships oħra mal-Fondazzjoni Nazareth u l-YMCA.
Il-ftehim mal-Fondazzjoni Nazareth jinkludi fih servizz ta’ social worker mal-persuni b’diżabilità filwaqt li dak mal-YMCA huwa marbut mal-ħidma tal-għaqda favur persuni li ma jkollhomx saqaf fuq rashom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en