Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI - Elezzjoni għall-Parlament Ewropew – Mejju 2014 - Dokument tal-Vot

pr140669mt
Date Icon 01/04/2014

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-eletturi li jkunu reġistrati bħala votanti f’Għawdex u jixtiequ li d-dokument għall-votazzjoni tagħhom jinġabar personalment mill-uffiċċju tal-Kummissjoni f’Malta, u l-eletturi li jkunu reġistrati bħala votanti f’Malta u jixtiequ li d-dokument għall-votazzjoni tagħhom jinġabar personalment mill-uffiċċju tal-Kummissjoni f’Għawdex, jistgħu, sas-11 ta’ April 2014, jinfurmaw b’dan personalment bil-miktub lill-Kummissjoni Elettorali.

Din it-talba għandha ssir bil-miktub lill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali, Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Misrah Sant’Iermu, il-Belt Valletta, VLT 2000, jew 28A, Pjazza San Frangisk, ir-Rabat, f’Għawdex, jew permezz ta’ email fuq electoral.office@gov.mt.

Dawn id-dokumenti għall-votazzjoni jinġabru bejn it-Tnejn, 19 ta’ Mejju, u nofsillejl tal-Ħamis, 22 ta’ Mejju, 2014, mill-uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, f’Malta jew f’Għawdex, kif mitlub rispettivament. Id-dokument għall-votazzjoni jingħata biss personalment lill-votant innifsu, li għandu bżonn jippreżenta il-karta tal-identità tiegħu.

Il-formula relatata għat-talba tista’ titnizzel ukoll mill-website tal-Kummissjoni Elettorali www.electoral.gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow