Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI - Elezzjonijiet Għall-Kumitati Amministrattivi tal-Komunitajiet – Mejju 2014

pr140668mt
Date Icon 01/04/2014

Elezzjonijiet Għall-Kumitati Amministrattivi tal-Komunitajiet – Mejju 2014 - Nomini ta’ Kandidati

Il-Kummissjonarji Elettorali javżaw illi huma se jkunu fl-Uffiċċju tagħhom Evans Building, Misraħ Sant’Iermu, il-Belt Valletta, u fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, biex jirċievu nomini ta’ kandidati għall-elezzjoni fil-Kumitati Amministrattivi tal-Komunitajiet li ġejjin:

Fleur-de-Lys fil-lokalità Birkirkara 
Santa Luċija fil-lokalità Ta’ Kerċem
Gwardamanġa fil-lokalità Tal-Pietà
Paceville fil-lokalità San Ġiljan
Il-Kappara fil-lokalità San Ġwann
Il-Madliena fil-lokalità Is-Swieqi
Marsalforn fil-lokalità Iż-Żebbuġ
Bubaqra fil-lokalità Iż-Żurrieq
Ix-Xlendi fil-lokalità Il-Munxar
Tal-Virtù fil-lokalità Ir-Rabat
Ħal Farruġ fil-lokalità ta’ Ħal Luqa
St Peter ’s  fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar
Is-Swatar fil-lokalitajiet ta’ Birkirkara u L-Imsida
Burmarrad fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar
Il-Baħrija fil-lokalità Ir-Rabat
Baħar iċ-Ċagħaq fil-lokalità tan-Naxxar


mid-9.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sas-7.00 pm nhar it-Tlieta t-8,  l-Erbgħa d-9 u l-Ħamis l-10 ta’ April, 2014.

Il-kandidati huma avżati li jridu jippreżentaw il-karta tal-identità tagħhom u li l-parti ta’ fuq tal-formula tan-nomina għandu jkollha d-dettalji tal-kandidat skont kif jidhru fir-reġistru elettorali li se jkun ippubblikat fis-7 ta’ April, 2014. F’każ li l-formola tan-nomina tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat, ir-rappreżentant għandu jġib prokura mill-kandidat li tkun awtentikata minn nutar pubbliku.

Il-formoli ta’ applikazzjoni għan-nomini ta’ kandidati jistgħu jitnizzlu mill-website tal-Kummissjoni Elettorali jew jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali mil-lum u matul il-ġranet tan-nomini fil-ħinijiet imsemmija.

Oġġezzjonijiet għan-nomini jintlaqgħu ukoll fl-imsemmi Uffiċċju mill-Kummissjonarji, fil-ġranet u matul il-ħinijiet speċifikati għan-nomini kif ukoll nhar il-Ġimgħa l-11 u s-Sibt it-12 ta’ April, 2014,  fl-istess ġranet u ħinijiet.

www.electoral.gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow