AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI - Elezzjoni għall-Parlament Ewropew – Mejju 2014
Elezzjoni għall-Parlament Ewropew – Mejju 2014 - Nomini ta’ Kandidati
Il-Kummissjonarji Elettorali javżaw illi huma se jkunu fl-Uffiċċju tagħhom Evans Building, Misraħ Sant’Iermu, il-Belt Valletta, biex jirċievu nomini ta’ kandidati għall-elezzjoni bħala Membri tal-Parlament Ewropew mid-9.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sas-7.00 pm nhar it-Tlieta t-8, l-Erbgħa d-9 u l-Ħamis l-10 ta’ April, 2014.
Il-kandidati huma avżati li jridu jippreżentaw il-karta tal-identità tagħhom u li l-parti ta’ fuq tal-formula tan-nomina għandu jkollha d-dettalji tal-kandidat skont kif jidhru fir-reġistru elettorali li se jkun ippubblikat fis-7 ta’ April, 2014. F’każ li l-formola tan-nomina tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat, ir-rappreżentant għandu jġib prokura mill-kandidat li tkun awtentikata minn nutar pubbliku.
Il-formoli ta’ applikazzjoni għan-nomini ta’ kandidati jistgħu jitniżżlu mill-website tal-Kummissjoni Elettorali jew jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali mil-lum u matul il-ġranet tan-nomini fil-ħinijiet imsemmija.
Oġġezzjonijiet għan-nomini jintlaqgħu ukoll fl-imsemmi Uffiċċju mill-Kummissjonarji, fil-ġranet u matul il-ħinijiet speċifikati għan-nomini kif ukoll nhar il-Ġimgħa l-11 u s-Sibt it-12 ta’ April, 2014, fl-istess ġranet u ħinijiet.
www.electoral.gov.mt
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en