Left arrow Go Back

TNEDIJA TA’ PROTOKOL MIBNI FUQ FTEHIM BEJN IL-GVERN U L- KNPD INTIŻ SABIEX JIGU SIMPLIFIKATI L- PROĊEDURI TA’ APPLIKAZZJONIJIET TA’ ŻVILUPP MILL-ASPETT TA’ AĊĊESSIBBILTÀ

pr140665
Date Icon 01/04/2014

Regoli ġodda għal aċċessibbiltà illi jindirizzaw il-grey areas fl-ippjanar.

Ir-regoli l-ġodda ġew imħabbra illum bl-għan li jiġu indirizzati numru ta’ grey areas għal persuni bi problemi ta’ mobbiltà fejn jidħol l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet.

Għal din l-aħħar konferenza stampa bħala Segretarju Parlamentari, għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrativa Dr Michael Farrugia introduċa protokol li jirregola l-applikanti illi fil-proġetti tagħhom għandhom jinkludu aċċess għal persuni bi problemi ta’ mobbiltà. L-uniku bini li jista’ jiġi eżentat mir-rekwiżiti huwa dak il-bini ta’ anqas minn 75 metru kwadru. Fl-istess waqt kċejjen u mħażen se jkunu esklużi kemm-il darba jibqgħu jinżammu għal dak l-iskop.

Huwa qal li kunċett ġdid huwa dak li f’postijiet li jistgħu jkunu ta’ periklu għal persuni b’diżabilità, kawża tan-natura tal-attività li tkun qed issir, se jkunu esklużi mir-regolamenti l-ġodda.

Issemma wkoll li l-korsijiet ta’ Awditjar ta’ Aċċessibbiltà se jiġu introdotti biex aktar nies ikunu kwalifikati biex jevalwaw l-aċċesibbiltà f’binjiet u residenzi pubbliċi.

F’każ ta’ progetti kbar l-applikanti jistgħu jappuntaw accredited monitor indipendenti biex jissorvelja ix-xogħlijiet u fl-istess waqt jissuġġerixxi t-tibdil meħtieġ mingħajr il-bżonn li jitwaqqaf ix-xogħol sakemm jiġi approvat mill-KNPD, b’hekk il-persuna li tissorvelja tkun responsabbli għal ħruġ tal-permess konformi mal-liġi.

Ir-regolamenti l-ġodda m’humiex se jkunu effettivi f’każi fejn ikun hemm pendil qawwi fi triq, fejn l-aċċess ikun b’turġien u fejn l-elevazzjoni bejn it-triq u l-paviment jeċċedi l-1.5 metri.

Intqal ukoll li l-użu tat-turġien mekkaniċi jistgħu jiġu kkunsidrati bħala soluzzjoni rimedjali meta d-distanza bejn il-livell tat-triq u l-elevazzjoni tal-binja ma taqbiżx il-1.5 metru, għaldaqstant l-ebda rekwiżiti addizzjonali għall-aċċessibbiltà m’humiex se jiġu imposti għall-siti bi struttura eżistenti li għalihom diġà kien hemm l-approvazzjoni u l-permessi mill-Mepa b’konsultazzjoni mal-KNPD.

Issema wkoll li se jkun hemm fond ta’ inklużjoni għall-binjiet li ma jikkwalifikawx bl-aċċessi ta’ dawn ir-regolamenti, liema fond se jkun amministrat mill-KNPD. Ir-rata ta’ ħlas ser tkun ta’ €20 kull metru kwadru li titla’ sa massimu ta’ €5000. Se jkun hemm ukoll rata speċjali f’areas ta’ konservazzjoni urbana li se tonqos bin-nofs u li ser tkun in-nofs tar-rata normali sa massimu ta’ €5000 euro.

F’din il-laqgħa tħabbar ukoll li s-Sur Joe Camilleri Chairperson tal-KNPD se jirtira llum wara għoxrin sena f’dan il-qasam u minfloku ser jidħol għal din ir-responsabbiltà s-Sur Oliver Scicluna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow