POTENZJAL TA’ ELF UNIT GĦALL-HOUSING SOĊJALI
Hemm potenzjal ta’ elf unit fil-proposti li daħlu mill-privat għall-housing soċjali.
Dan intqal dalgħodu f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca waqt li kienet qed issir preżentazzjoni tal-evalwazzjoni mit-talba għall-proposti li saret f’Jannar li għadda.
Il-Ministru Coleiro Preca spjegat kif hemm 36 proposta li issa se jiġu kkunsidrati u l-Bord tal-Awtorità tad-Djar se jibda b’laqgħat ma’ min ressaq dawn il-proposti ħalli jiġu evalwati f’aktar dettal.
Sostniet li dawn il-proposti ġew anki evalwati mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Coleiro Preca qalet li din it-talba għall-proposti tat lok lill-privat biex jersaq ’il quddiem u jkun innovattiv biex nilħqu mad-domanda għall-housing soċjali.
Qabel il-konferenza tal-aħbarijiet ġie ffirmat ftehim mal-Unjin Ħaddiema Magħqudin dwar il-Koordinaturi tal-Awtorità tad-Djar.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en