STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA
Gvern impenjat li jkollu l-aħjar prezzijiet għall-Familji
F’April il-prezz tal-gass se jkun tmenin ċenteżmu orħos minn dak tal-aħħar tliet xhur. Għalhekk il-prezz ta’ ċilindru ta’ 12kg; l-aktar wieħed użat mill-familji se jkun ta’ 18-il-ewro u 40ċ imqabbel mad-19-il ewro u 20ċ tal-aħħar tliet xhur. Dan grazzi wkoll għall-ħidma li saret mal-Liquigas.
Il-Gvern irid jassigura li l-familji Maltin jieħdu l-aħjar deal possibli. Għalhekk peress li hemm ċans li l-prezz tal-gass LPG ikompli jorħos f’dawn ix xhur li ġejjin il-prezz tal-gass se jkun stabbilit għal xahar wieħed biss.
Fl-istess waqt, il-Gvern qed ikompli bl-istabbilità fil-prezzijiet tal-fuels sal-aħħar ta’ Ġunju, fejn il-prezz tad-diesel, stabbilit għal €1.36/litru, se jibqa’ l-istess, biex b’hekk dan se jkun l-orħos f’iktar minn sena u nofs.
Il-prezz tal-petrol, minkejja ż-żieda minima ta’ 2ċ biex dan issa sar jiswa €1.46 kull litru, se jkun fost l-orħos prezzijiet mill-maġġor parti tal-aħħar sena ta’ Gvern preċedenti.
Il-Gvern huwa impenjat biex jagħti lill-familji ta’ pajjiżna mhux biss l-istabbilità meħtieġa biex dawn ikunu jafu x’se jonfqu iżda l-aqwa prezzijiet, biex ikollhom aktar flus fil-bwiet tagħhom.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en