STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
pr140657
31/03/2014
Id-Deputat Chris Fearne mhuwiex se jkompli jara pazjenti jew jipprattika l-professjoni la fil-privat u lanqas fi sptar pubbliku ladarba aċċetta l-ħatra ta' Segretarju Parlamentari għas-Saħħa.
Mr Fearne għandu erba’ pazjenti li beda jara qabel ma ġie infurmat bil-ħatra. Minħabba li dawn it-tfal huma pazjenti akuti, ma jistax jitlaq minnufih u se jarahom fl-isptar Mater Dei sa ma l-każi jkunu magħluqa.
Diġà bdew isiru preparamenti biex minflok Mr Fearne jiġi konsulent ieħor li se jkun jista' jieħu pazjenti ġodda.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en