ĦATRIET ĠODDA FIL-KABINETT TAL-MINISTRI
Karmenu Vella nominat Kummissarju Ewropew
Illum il-Prim Ministru għamel l-aħħar preparamenti biex jifforma l-Kabinett il-ġdid wara n-nomina ta’ Marie Louise Coleiro Preca għal President ta’ Malta.
Karmenu Vella se jkun nominat għall-kariga ta’ Kummissarju Ewropew u għaldaqstant mhux se jibqa’ parti mill-Kabinett.
Il-Ministru Konrad Mizzi, flimkien mal-qasam tal-enerġija, se jingħata wkoll ir-responsabbiltà tas-settur tas-saħħa. Dr Chris Fearne se jkun is-Segretarju Parlamentari għas-saħħa fi ħdan l-istess Ministeru.
Dr Michael Farrugia se jkun Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali. Dr Justyne Caruana se tkun Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabiltà u Anzjanità Attiva.
Dr Owen Bonnici se jkun Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, b'Dr Stefan Buontempo Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali.
Dr Edward Zammit Lewis se jkun il-Ministru għat-Turiżmu.
Dr Michael Falzon se jkun Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva.
Chris Agius se jkun Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Dr José Herrera se jkun is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku fil-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar.
Il-ħatriet se jidħlu fis-seħħ min-nhar l-Erbgħa, 2 ta' April, wara li Marie Louise Coleiro Preca tinħatar uffiċjalment President ta' Malta.
Is-Sur Carmelo Abela se jibda jaqdi l-funzjoni ta’ Kelliem għall-Gvern filwaqt li jżomm il-funzjoni tiegħu ta' Whip. Tony Agius Decelis se jkun il-Kummissarju kontra l-Burokrazija.
B'hekk il-Kabinett se jkun iffurmat kif ġej:
Uffiċċju tal-Prim Ministru
Prim Ministru
Dr Joseph Muscat
Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva
Dr Michael Falzon
Deputat Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali
Louis Grech
Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE2017 u Fondi Ewropej
Dr Ian Borg
Ministru għall-Affarijiet Barranin
Dr George Vella
Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
Evarist Bartolo
Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport
Chris Agius
Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima
Leo Brincat
Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali
Roderick Galdes
Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura
Joe Mizzi
Ministru għal Għawdex
Dr Anton Refalo
Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Drittijiet Ċivili
Dr Helena Dalli
Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar
Dr Christian Cardona
Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku
Dr Josè Herrera
Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali
Dr Emanuel Mallia
Ministru għall-Finanzi
Prof Edward Scicluna
Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa
Dr Konrad Mizzi
Segretarju Parlamentari għas-Saħħa
Dr Chris Fearne
Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali
Dr Michael Farrugia
Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabiltà u Anzjanità Attiva
Dr Justyne Caruana
Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali
Dr Owen Bonnici
Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali
Dr Stefan Buontempo
Ministru għat-Turiżmu
Dr Edward Zammit Lewis
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en