Left arrow Go Back

JINFETAĦ ĊENTRU TA’ MATUL IL-JUM ĠDID GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ FL-ISLA

pr140650
Date Icon 28/03/2014

Il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca flimkien mas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Franco Mercieca illum inawguraw Ċentru ta’ Matul il-Jum ġdid għall-Persuni b’Diżabilità fl-Isla.

Waqt l-inawgurazzjoni, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Franco Mercieca qal li dan il-proġett se jibda b’madwar għaxar persuni u jibqa’ jiżdied gradwalment sa ma jilħaq madwar 40 membru. B’hekk il-Gvern qiegħed iżomm mal-wegħda tiegħu li isaħħaħ l-Aġenzija Sapport u jibda jnaqqas mill-lista ta’ persuni li qegħdin jistennew dan is-servizz.

Is-Segretarju Parlamentari qal li dan iċ-ċentru huwa wieħed mill-isbaħ u bla dubju ta’ xejn l-iżjed attrezzat għall-Persuni b’Diżabilità. Tkellem bi kliem ta’ tifħir u inkoraġġiment għall-grupp ta’ persuni voluntieri fi ħdan l-għaqda Gwardjola mmexxija mis-Sur Lawrence Sansero li kien il-mutur wara dan il-proġett.

Skont is-Segretarju Parlamentari, konformi mar-rieda tal-Gvern li jkompli jipprovdi aktar servizzi f’dan il-qasam, bħalissa għaddejja ħidma kbira preparatorja biex jitkabbar iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’Diżabilità fl-Imtarfa filwaqt li jissebbaħ u jitranġa dak eżistenti.

Minn naħa tagħha, il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca qalet li permezz ta’ dawn iċ-ċentri, il-persuni b’diżabilità jistgħu jimirħu fl-abbiltajiet għax qegħdin jiġu pprovduti r-riżorsi meħtieġa. Sostniet li ċ-ċentru se jagħti opportunità biex dawk li jattendu jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom.

Il-Ministru Coleiro Preca żiedet tgħid li l-ftuħ ta’ dan iċ-ċentru hu wieħed mix-xhieda ta’ ħidma bla waqfien tul dawn l-aħħar 12 il-xahar f’dan is-settur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow