IL-MINISTRU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI TINDIRIZZA L-KONFERENZA TAL-NCPE “ENHANCING EQUAL RIGHTS”
Waqt konferenza mtellgħa mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE), il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Dr. Helena Dalli tkellmet dwar l-inizzjattivi li ħa l-Gvern matul l-aħħar sena biex isaħħaħ l-ugwaljanza.
Il-Ministru Dalli tkellmet dwar l-impenn li għandu l-gvern fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u kif dan se jkun qed jaffetwa lill-operat tal-NCPE permezz ta’ twessiegħ tar-responsabbiltajiet ta’ din l-entità biex issir Kummisjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza bbażata fuq il-Prinċipji ta’ Pariġi. Din ir-riforma se tkun opportunità biex jiġi kkonsolidat ix-xogħol li qed isir fuq il-qasam tal-ugwaljanza. Dr. Dalli semmiet kif wara l-iscoping excercise li ntemm illum, se tkun qed tiġi pubblikata White Paper fix-xhur li ġejjin.
Minkejja x-xogħol li diġà sar, il-Ministru Helena Dalli qalet li l-Gvern jibqa’ jżomm l-ugwaljanza fuq l-aġenda nazzjonali. Dan jixhduh id-diversi miżuri kemm leġiżlattivi u kemm amministrattivi li ttieħdu biex isaħħu l-ugwaljanza fl-oqsma kollha tal-ħajja. Fost dawn kien hemm miżuri favur it-tisħieħ ta’ family friendly measures fis-settur pubbliku, liġijiet li taw drittijiet lil persuni LGBT kif ukoll ħidma mill-Gvern fuq livell Ewropew biex tingħata aktar importanza lill-problema tad-diskriminazzjoni u nuqqas ta’ ugwaljanza. Ġie ukoll preżentat l-ewwel qari tal-Att tar-ratifika tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul.
Din il-konferenza kienet parti mill-proġett “Enhancing Equal Rights” ko-finanzjat minn fondi Ewropej.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en