“IS-SEDJA TITKELLEM”
Ġabra ta’ rulings mill-iSpeaker Dr. Anġlu Farrugia
L-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati L-Onorevoli Anġlu Farrugia, aktar kmieni matul il-jum ippreżenta pubblikazzjoni tal-ktieb “Is-Sedja Titkellem” lill-Prim Ministru l-Onorevoli Joseph Muscat.
Fid-diskors tiegħu l-iSpeaker qal li l-pubblikazzjoni qed issir proprju f’din il-ġimgħa li timmarka ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Ħelsien b’riflessjoni li l-Parlament Malti, għandu jkun aktar ħieles mill-Eżekuttiv b’mod awtonomu, biex b’hekk ikun mudell ta’ Parlament Nazzjonali fost l-aqwa fl-Ewropa.
Prezenti għal din il-preżentazzjoni kien hemm id-Deputy Speaker l-Onorevoli Ċensu Galea, l-Whip tal-Gvern l-Onorevoli Carmelo Abela, l-Whip tal-Oppożizzjoni l-Onorevoli David Agius, l-iSkrivan tal-Kamra Ray Scicluna u l-Assistent tal-iSpeaker Ancel Farrugia Migneco.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en