STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA
Il-Ministeru għas-Saħħa jirreferi għar-rapporti li qed jidhru fil-mezzi tax-xandir dwar il-ftuħ ta’ sala temporanja bi sbatax-il sodda fl-Ispatr San Luqa, għall-pazjenti li jeħtieġu kura long term.
Din is-sala fl-Isptar San Luqa tinsab fl-istess inħawi fejn hemm il-Physiotherapy u l-Occupational Therapy u qabel kienet tintuża bħala Day Care Unit. F’dan il-post, li ġie mgħammar skont il-ħtiġijiet neċessarji, se jiġu trasferiti sbatax-il pazjent li għandhom bżonn kura long term. Dawn se jittieħdu mill-Isptar Karen Grech, taħt il-ħarsien tal-istess speċjalisti.
Dawn il-pazjenti qed jintgħażlu skont kriterji kliniċi stabbiliti.
B’dan il-proċess, sbatax-il pazjent fl-Isptar Mater Dei li qed jistennew sodda għar-rijabilitazzjoni, se jiġu trasferiti b’effett immedjat fl-Isptar Karen Grech, biex b’hekk dawn il-pazjenti jingħataw il-kura ta’ rijabilitazzjoni ferm aħjar u mingħajr telf ta’ ħin.
Fl-istess ħin sbatax-il pazjent long term se jiġu trasferiti f’din is-sala fl-Isptar San Luqa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en