IS-SEGRETARJAT GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI JNIEDI ABBOZZ DWAR IL-PRODOTTI TAL-ĦALIB, B’AKTAR GARANZIJA GĦALL-KONSUMATUR
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-annimali ippublika l-abbozz tal-avviż legali fil-gazzetta tal-Gvern li jkopri l-industrija tal-prodotti tal-ħalib. Fil-preżent fil-liġi ta’ Malta hemm regolamenti li jkopru l-ħalib iżda ma hemmx regolamenti fuq il-prodotti magħmulha mill-ħalib.
Hemm regolamenti Ewropej dwar il-produzjoni ta’ proddotti tal-ħalib li, li kieku kelna napplikawhom għal Malta, kien ikollna inwaqqfu il-produzzjoni kollha tal-ġbejniet tradizzjonali.
Għaldaqstant biex ninkorporaw fil-liġi Maltija ir-regolamenti li jħarsu il-produzzjoni ta’ prodotti tal-ħalib kif ukoll prodotti tradizzjonali u norbtu dan kollu biex ikun konformi mar-regolamenti Ewropej, is-Segretarjat ifforma dan l-abbozz.
Bil-poteri li huma mogħtija lill-Istati Membri fir-regolamenti Ewropej Malta b’dan l-abbozz qiegħda taddotta derogi lokali biex il-produzzjoni tal-ġbejniet tradizzjonali tibqa’ ssir sakemm dawn ikunu prodotti taħt sistema ta’ prodott ta’ origini ikkontrollata. Dan ifisser li dan il-prodott tradizzjonali ser jakkwista garanzija ta kif jiġi maħdum, maħżun u mibjugħ. Dan ifisser ukoll, li l-konsumatur aħħari ser ikollu garanzija ta’ kwalità.
Dan l-abbozz huwa marbut mal-fatt li s-settur permezz tax-xirka tal-produtturi tan-nagħaġ u l-mogħoż, iridu japplikaw biex il-produzzjoni tal-ġbejniet tiġi mgħarfa mill-awtoritajiet Ewropej u l-ġbejna tiġi rreġistrata bħala prodott b’ċertifikazzjoni DOP (Denominazioni di Origini Protetta).
Dan ifisser li prodotti oħra li mhumhiex maħduma bħalma għanda tinħadem il-ġbejna tradizzjonali u li jużaw ukoll ħalib li mhux tan-nagħaġ għall-produzzjoni tal-ġbejna, iridu jiġu mgħajta b’isem ieħor fis-suq. Dan ifisser li l-komsumatur aħħari jkun infurmat sew u kif xieaq x’inhu jixtri u jiekol.
Dan l-abozz ser isaħħaħ u jżid ukoll il-garanziji għall-konsumatur li l-prodotti tal-ħalib kollha prodotti f’Malta jridu jittestjaw il-ħalib ta’ kull speċi u ta’ kull oriġini darbtejn fix-xahar minbarra t-testijiet li jsiru fuq l-annimali kollha irreġistrati fl-irziezet.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en