Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU, DOTT. JOSEPH MUSCAT JINAWGURA L-UFFIĊINI L-ĠODDA TAL-BANK OF VALLETTA FIL-‘HOUSE OF FOUR WINDS’

PR140639
Date Icon 28/03/2014

Il-kredibbiltà fit-tbassir finanzjarju tal-Gvern huwa punt kruċjali fit-tkabbir tal-ekonomija Maltija u għalkemm l-Fond Monetarju Internazzjonali kien qal li l-ekonomija Maltija fl-2013 se tikber b’1.1% fil-fatt kien hemm tkabbir ta’ 2.4%.

Dan intqal mill-Prim Ministru Joseph Muscat fl-inawgurazzjoni ta’ uffiċini ġodda tal-Bank of Valletta fil-House of Four Winds fil-Belt Valletta.

Dwar iċ-ċifri tad-dejn il-Prim Ministru qal li dan ma kompliex jikber tant li niżel taħt it-3 fil-mija tad-defiċit tal-2013 kif kien imbassar.

Dr. Muscat qal li t-tisħiħ ekonomiku seħħ għaliex il-Gvern ħadem għalih u serva ta’ katalista. Il-mira hija li jitkompla jingħata sens ta’ fiduċja lill-ekonomija u lil min lest li jinvesti.

L-istituzzjonijiet finanzjarji tal-pajjiż, waqt li jħarsu li ma jkollhomx problemi, għandhom jiftakru fir-rwol tagħhom għall-iżvilupp tal-pajjiż.

L-ekonomija tista’ tiżviluppa aktar billi jintagħżlu l-aħjar proġetti u billi l-Gvern jagħti direzzjoni.

Dr. Muscat rrefera għall-internazzjonalizzazzjoni tal-ekonomija Maltija permezz ta’ investiment barrani fil-qasam tal-enerġija. Semma l-bżonn li tirranka l-globalizzazzjoni tal-ekonomija Maltija anki permezz ta’ influss ta’ persuni  b’networks internazzjonali li se jġibu magħhom bil-programm ta’ ċittadinanza b’investiment.

Tkellem ukoll iċ-Chairman tal-BOV John Cassar White li fost l-oħrajn semma kif il-bank se jiffaċċja sfidi interessanti fis-snin li ġejjin hekk kif qed jaħdem biex joffri servizz ta’ kwalità lill-klijenti tiegħu. Fost dawn l-isfidi semma l-ħtieġa għall-aġġornament tal-infrastruttura tat-Teknoloġija tal-Informatika kif ukoll investiment fl-istruttura tal-management.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow