Left arrow Go Back

EARTH HOUR – SIEGĦA MINGĦAJR DWAL ESSENZJALI

pr140636
Date Icon 28/03/2014

Is-Sibt 29 ta’ Marzu, 2014, bħala parti mill-attivitajiet internazzjonali ta’ Earth Hour se jintefa d-dawl tas-swar tat-Tlett Ibliet, tal-madwar il-Valletta Waterfront, u anke taċ-Ċittadella f’Għawdex, għal madwar siegħa bejn it-8.30pm u d-9.30pm. Dan se jkun qed isir biex titqajjem kuxjenza dwar it-tibdil fil-klima u dwar il-bżonn tal-użu tal-enerġija b’mod responsabbli u t-tnaqqis tal-emissjonijiet. Il-pubbliku huwa mistieden jattendi u jieħu sehem fl-attivitajiet li se jsiru fejn se ssir formazzjoni ta’ 60+ bix-xemgħat, li huwa s-simbolu ta’ Earth Hour.

L-attività qed tiġi organizzata minn Nature Trust, bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima u l-Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma, se tinkludi wkoll kunċert minn William Mangion, fil-Valletta Waterfront.  

Bliet oħra madwar id-dinja li se jkunu qed jieħdu sehem huma l-Opera House ta’ Sydney, il-Golden Gate Bridge, it-Torri Eiffel, il-Kolossew, il-Big Ben u l-Akropolis fost l-oħrajn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow