Left arrow Go Back

LOGĦBA FUTBOL B'DIFFERENZA

pr140635mt
Date Icon 28/03/2014

Logħba futbol b'differenza seħħet nhar il-Ħamis, 27 ta' Marzu, hekk kif atleti, nies magħrufa fil-qasam politiku, u persuni b'abilitajiet differenti lkoll ltaqgħu fil-grawnd tal-iskola San Benedittu f'Ħal Kirkop.

Ħareġ messaġ ċar: l-isport huwa għal kulħadd.

Fost dawk li lagħbu spalla ma' spalla ma’ persuni b'abilitajiet differenti, kien hemm l-atleti William Chetcuti, Nathan Lee Xuereb, Daniel Zahra, Dermot Galea, Carmel Busuttil, Pierre Brincat u John Buttiġieġ, fost l-oħrajn. 

Permezz tal-logħba, ħareġ ċar kemm l-isport kapaċi joffri żvog, divertiment u opportunità għal kull tip ta' persuna, irrelevanti mill-ħiliet fiżiċi u mentali.

Ħareġ ukoll li meta persuni b'abilitajiet differenti jingħataw l-opportunità u jiġu inklużi f'attivjitajiet b'mod ugwali, dawn kapaċi jikkontribwixxu, jiddevertu u jipparteċipaw daqs ħaddieħor.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo sostna li s-soċjetà Maltija għandha attivitajiet sportivi bħal din bħala mudell, fejn wieħed jgħin lill-ieħor f'sens ta' għaqda, sabiex jinkiseb il-ġid komuni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow