STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA
Sas-sena d-dieħla, l-użu tal-Heavy Fuel Oil se jkun eliminat darba għal dejjem minn pajjiżna
Hija ipokrezija minn naħa tal-Oppożizzjoni li tikkritika lil dan il-Gvern dwar l-użu tal-Heavy fuel Oil. Dan il-gvern huwa kontra l-użu tal-heavy fuel oil. Kien għalhekk li beda jaħdem sa mill-ewwel ġurnata biex il-qalba mill-heavy fuel oil għall-gass tkun tista ssir. Permezz tal-ħidma ta’ dan il-Gvern, fl-2015 jispiċċa għal kollox l-użu tal-Heavy Fuel Oil minn pajjiżna.
Id-deċiżjoni tal-board tal-MEPA li jestendi l-użu tal-heavy fuel oil kellha tittieħed bilfors biex pajjiżna jibqa’ jkollu d-dawl. Din l-estensjoni kellha terġa ssir għaliex fi żmien il-gvern preċedenti kien inħareġ permess temporanju biex titħaddem il-power station bil-heavy fuel oil sakemm isiru l-istudji kollha meħtieġa u kif suppost.
Permezz tal-proġett tal-ġenerazzjoni tal-elettriku bil-gass, se jkunu qed jonqsu bi kbir l-emissjonijiet kif ukoll it-trab fl-ajra.
Il-bidla għall-gass mhux se tkun qed tfisser biss kwalita’ ta’ arja ferm aħjar iżda wkoll kontijiet orħos għall-familji Maltin u Għawdxin u aktar tard għan-negozji.
Il-bidla għall-gass se tkun qed issir fi tranzizzjoni waħda hekk kif bidla temporanja għal gas oil ma ma tippermettix li jkollna s-sigurta’ tal-provista meħtieġa minħabba l-limitazzjonijiet ta’ħażna.
Li kieku dan il-Gvern ma wettaqx din il- ħidma, il-familji f’pajjiżna kienu jibqgħu mwikkijin bil-Heavy Fuel Oil għall-20 sena li ġejjin.
Ta’ min ifakkar li l-Gvern preċedenti saħansitra biddel il-liġi ambjentali u wessa l-limiti permessibbli sabiex ikun possibbli li jkollna power station li taħdem bil-heavy fuel oil.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en