Left arrow Mur Lura

IMNIEDI GĦALL-EWWEL DARBA L-FESTIVAL TAX-XJENZA F’GĦAWDEX

pr140623
Date Icon 27/03/2014

’Il fuq minn 700 student Għawdxi jirreġistra biex jattendi għal dan il-festival

Il-Ministeru għal Għawdex ingħaqad man-National Student Travel Foundation (NSTF) biex għall-ewwel darba jiġi organizzat f’Għawdex il-festival “Science Days in Gozo,” bil-għan li aktar studenti Għawdxin jagħżlu s-suġġetti tax-xjenza bħala l-istudju ewlieni tagħhom. Dan il-festival li ġie inawgurat mill-Ministru Dr. Anton Refalo jixhed biċ-ċar l-importanza li qiegħed jingħata lit-tagħlim lis-suġġetti tax-xjenza filwaqt li jiffoka fuq il-bżonn li aktar studenti Għawdxin jispeċjalizzaw f’suġġetti ta’ natura xjentifika.

’Il fuq minn 700 student Għawdxi rreġistra biex jattendi għal dan il-festival filwaqt li 400 student Għawdxi ta’ livell primarju se jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet “Science Art Contest” u “Primary School contest for young scientists”. Hemm ukoll 150 student Għawdxi li se jipparteċipa fil-kompetizzjoni “Pan European Event Science Photo Contest”. 

Aktar minn 60 proġett studentesk qegħdin jiġu esebiti f’dan il-festival magħmula minn studenti Għawdxin li ġejjin mill-qasam tax-Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija, Matematika u suġġetti oħra relatati. Dawn il-proġetti qed jiġu esebiti fis-sala tal-Ministeru għal Għawdex sat-28 ta’ Marzu 2014.

Il-Ministru għal Għawdex Dr. Anton Refalo wera s-sodisfazzjon tiegħu li dan il-festival ġie għall-ewwel darba organizzat f’Għawdex filwaqt li feraħ lill-istudenti Għawdxin tal-konkorrenza mimlija ħeġġa u numeruża tagħhom kemm fil-qasam ta’ żjarat kif ukoll ta’ parteċipazzjoni. Huwa tkellem fuq l- importanza li għandha l-qasam tal-istudju fix-xjenza fil-kontribut għall-iżvilupp ekonomiku ta’ Għawdex. Dr. Refalo semma l-impenn tal-Ministeru għal-Għawdex biex flimkien ma’ entitajiet oħra bħal-MCAST, l-Universita’ ta’ Malta, il-MITA u stakeholders oħrajn ikomplu jinċentivaw u jsegwu l-progress tal-istudenti li jistudjaw ix-xjenza. B’hekk ikun jista’ jinħoloq aktar xogħol relatat f’dawn l-industriji, fl-isfond tal-kunċett Eko-Għawdex li hu tant bżonnjuż għall-gżira Għawdxija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow