IS-SĦAB SOĊJALI JIDDISKUTU D-DEMERGER TAL-MEPA
Matul il-laqgħa li saret illum tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali ġie diskuss il-futur tal-MEPA u kif din se tkun qiegħda tinqasam f’parti li tħares l-ambjent u parti għall-iżvilupp.
Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Dr Helena Dalli fetħet il-laqgħa u qalet li hemm bżonn bilanċ bejn l-iżvilupp, l-ekonomija u l-ħarsien tal-ambjent, filwaqt li għandha tingħata importanza lis-sostenibbiltà.
Is-Segretarju Parlamentari għall-ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva Michael Farrugia semma li l-għan prinċipali ma kienx biss it-twaqqif ta’ dawn l-awtoritajiet imma li jiġu simplifikati l-proċessi tal-applikazzjonijiet għal żvilupp billi tinħoloq one stop shop u li l-klijent ikun moqdi b’servizz aħjar u mhux joqgħod jiġri minn post għall-iehor.
Issemma wkoll il-kunċett ta’ fast track għal dawk l-applikazzjonijiet li jkunu konformi mal-policies, pjanijiet lokali u numru ta’ kundizzjonijiet oħra stipulati f’dan il-process.
Għall-ewwel darba fuq il-planning board se jkun hemm rappreżentant tal-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi, rappreżentant tal- NGOs u f’kazijiet ta’ żvilupp ta’ ċertu entità l-Kunsill Lokali ta’ dik il-lokalità jkun rapprentant u jkollu vot.
L-entitajiet kollha konsultattivi fil-proċess tal-applikazzjinjiet se jkollhom id-dritt illi jappellaw quddiem Tribunal Indipendenti minn deċiżjonijiet tal-Planning Board jew Planning Commision.
Is-Segretarju Parlamentari Michael Farrugia spjega li wara it-twaqqif tal-Awtorità tal-Ippjanar u Żvilupp se jnkunu qed naħdmu ħalli f’pajjiżna jkollna Mapping Unit wieħed għad-dipartimenti u entitajiet tal-gvern ħalli tispiċċa s-sitwazzjoni preżenti fejn il-mapep fid-diversi entitajiet u dipartimenti governattivi ma jaqblux waħda mal-ohra u eventwalment ma jkunx hemm dupplikazjioni tax-xoghol.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en