GĦALIEX IR-RIFORMA FIL-MEPA SER ISSAĦĦAĦ IS-SETTUR AMBJENTALI - LEO BRINCAT, MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA
Meta dalgħodu il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima kien qed jindirizza u jwieġeb interventi li sarulu waqt laqgħa tal-MCESD dwar il-pjan tal-Gvern biex jkun hemm qasma bejn il-MEPA kif nafuha llum u l-ħolqien ta’ żewġ awtoritajiet; dik tal-Ambjent u R-Riżorsi u oħra dwar l-Iżvilupp u l-Ippjanar, il-Ministru Leo Brincat fisser għaliex ir-riforma fil-MEPA se ssaħħaħ is-settur ambjentali.
Huwa qal li bil-proposti legali se titwaqqaf awtorità awtonoma b'identità għaliha. B'hekk ix-xogħol tagħha se jkun iffukat fuq il-ħarsien tal-ambjent u l-immaniġġar tar-riżorsi li minnhom infushom huma ukoll parti mill-ambjent naturali.
Il-Ministru Brincat fisser li bħala Awtorità awtonoma hija tkun tista’ tieħu pożizzjoni fuq proposti jew deċiżjonijiet li jittieħdu minn entitajiet oħra fuq l-istess livell u mhux kif inhi illum - li tibqa’ entità sempliċiment b'miri u funzjonijiet differenti u xi kultant diverġenti.
Rigward l-Ippjanar u l-Iżvilupp, l-Awtorità l-ġdida dwar l-Ambjent u r-Riżorsi se jkollha rappreżentant fuq il-Bord tal-Ippjanar, se tkun entità li bilfors trid tiġi kkonsultata b'mod statutorju u se jkollha dritt tappella fuq deċiżjonijiet tal-Ippjanar u l-Iżvilupp.
L-Awtorità nnifisha jkollha wkoll id-dritt li ssemma leħinha uffiċjalment u pubblikament bħala Awtorità fuq issues li jkollha riservi serji dwarhom.
Il-Ministru Leo Brincat qal li dawn huma kollha elementi li sal-lum ma jeżistux.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en