Left arrow Mur Lura

XXII KONFERENZA GĦALL-AWDITURI ĠENERALI TAL-COMMONWEALTH MALTA, 25-27 MARZU 2014

pr140613mt
Date Icon 27/03/2014

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) għadu kif laqa’ t-XXII edizzjoni tal-Konferenza tri-annali tal-Awdituri Ġenerali fi ħdan il-Commonwealth. Konferenza li nżammet bejn il-25 u s-27 ta’ Marzu bit-tema tagħha tkun “Securing Independence of Supreme Audit Institutions (SAIs) to improve the Effectiveness of Reports and Communication of Audit Findings”.

Il-Konferenza għalqet b’sommarju ta’ dak kollu li ġara u ngħad dwar l-isfidi preżenti, prattiċi tajbin u opportunitajiet kif tista’ tissaħħaħ aktar il-verifika statali f’kull parti tal-Commonwealth. Ġie enfasizzat li, b’żieda mal-indipendenza leġislattiva, istituzzjonijiet ta’ verifika statali għandhom iħabirku biex isaħħu l-indipendenza tal-operat tagħhom biex permezz t’hekk ikunu f’pożizzjoni aħjar biex jagħtu aktar kontribut li jwassal għal kontroll pubbliku aħjar. B’rabta ma’ dan, jissemmew ukoll mezzi li bihom l-SAIs ikunu jistgħu jirrappurtaw u jikkomunikaw ir-riżultati u l-konklużjonijiet tal-verifika li jagħmlu b’mod aktar effettiv fiċ-ċirkustanzi tar-realitajiet u leġislazzjoni nazzjonali.

Kien hemm ftehim li l-Konferenza għall-Awdituri Ġenerali tal-Commonwealth li jmiss issir fis-sena 2017 fl-Indja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow