STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
Il-Gvern qed jaħdem sabiex isir il-Breakwater f’Delimara
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jagħmel referenza għall-stqarrija maħruġa mill-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd dwar il-bini ta’ breakwater f’Delimara. Dwar dan is-Segretarjat jixtieq jinforma, li kif diġà jafu l-koperattivi, ix-xogħol fuq il-breakwater diġà beda jsir. Din hija wegħda fil-Manifest elettorali ta’ Gvern Laburista, u ser tkun qed titwettaq tul dan il-mandat.
F’dan l-istadju qed issir ħidma mill-Gvern biex jinġiebu fondi mill-Unjoni Ewropea. Hemm fondi allokati biex jinbena l-breakwater il-ġdid kif ukoll biex jitranġa dak eżistenti.
Il-Gvern diġà ssottometta l-applikazzjoni mal-MEPA kif ukoll għaddejjin l-istudji meħtieġa tal-EIA (Environmental Impact Assessment) biex tiġi evalwata l-vijabbiltà tiegħu. Dan il-proġett mistenni jilħaq is-sitt miljun Ewro.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en