LEJN TNAQQIS TAL-BUROKRAZIJA – TNEDIJA TA' SERVIZZ ĠDID GĦAL RESIDENTI F'GĦAWDEX
F'konformità mal-politika tal-Gvern li jnaqqas il-burokrazija, kif ukoll li jipprovdi servizz lir-residenti li joqogħdu Għawdex, mis-7 ta' April 2014 il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin flimkien mal-Ministeru għal Għawdex, se jkun qed jiffaċilita l-legalizzazzjoni ta' dokumenti f'Għawdex stess.
Dan is-servizz se jkun provdut kull ħmistax (preferibbilment nhar ta' Tnejn) u/jew kif meħtieġ. Uffiċjal mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin se jkun disponibbli mit-tmienja ta' filgħodu sa nofsinhar, kull ħmistax fil-ġurnata tat-Tnejn fl-uffiċini tal-Ministeru għal Għawdex. Appuntamenti għal residenti li jgħixu Għawdex biss jistgħu jintalbu billi tintbagħat email fuq info.mfa@gov.mt jew billi wieħed iċempel fuq in-numru 2204 2357.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en