IL-GVERN KOMMESS LI JDAĦĦAL IL-LIĠI TAL-FINANZJAMENT TAL-PARTITI SAS-SAJF LI ĠEJ
Wara snin twal ta’ inattivita’ sħiħa minn Gvernijiet Nazzjonalista, Gvern ġdid huwa kommess li jdaħħal liġi li tirregola l-finanzjament tal-partiti sas-Sajf li ġej.
Il-Gvern jemmen li liġi tant radikali, li se tolqot il-ħidma tal-partiti politiċi mill-qrib, għandha tgħaddi minn proċess ta’ konsultazzjoni mal-partijiet konċernati u l- pubbliku. Dan il-proċess beda bil-pubblikazzjoni ta’ white paper fl-1 ta’ Frar li għadda. L-ewwel fażi ta’ konsultazzjoni, li fiha qed jintlaqgħu sottomissjonijiet bil-posta u bl-email, tintemm fl-aħħar ta’ dan ix-xahar, fejn imbagħad tibda t-tieni fażi fejn se jsiru laqgħat diretti mal-istakeholders ewlenin.
B’referenza għar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-GRECO li ġie ppubblikat illum, il-Gvern jemmen li isem pajjiżna safa kkritikat minħabba tkaxkir tas-saqajn assolut minn Gvernijiet preċedenti. Dan il-Gvern hu kommess biex din is-sitwazzjoni tigi riżolta - mhux a skapitu pero’ tal-konsultazzjoni u d-djalogu.
Kif ippjanat fil-white paper stess , l-għan aħħari hu li fil-15 ta’ Ġunju 2014, mat-tmiem tal-proċess ta’ konsultazzjoni, jsir l-ewwel qari tal-abbozz finali biex sas-Sajf, il-liġi tkun daħlet fis-seħħ.
Il-Gvern jinnota wkoll li diversi emendi li tressqu f’diversi liġijiet kontra l-korruzzjoni mill-bidu tal-leġislatura sal-lum ġew imfaħħra mill-GRECO u l-Gvern huwa kommess li jkompli jibni fuq dawn l-iżviluppi pożittivi favur politika nadifa.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en