Left arrow Go Back

JITNIEDU STANDARDS MINIMI NAZZJONALI GĦAD-DJAR RESIDENZJALI TAL-ANZJANI

pr140594
Date Icon 25/03/2014

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Franco Mercieca, f’konferenza tal-aħbarijiet fir-Residenza tal-Anzjani Zammit Clapp li saret illum wara nofsinhar,  nieda l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-iStandards Minimi għad-Djar tal-Anzjani.

Franco Mercieca enfasizza li dawn l-iStandards tnedew biex jiġu żgurati livelli aħjar ta’ kwalità tal-ħajja għar-residenti li jeħtieġu kura fit-tul. L-iStandards imnedija huma bbażati fuq prinċipji ta’ kura personalizzata, dinjità, privatezza, saħħa mentali u fiżika, self-fulfilment, awtonomija, ugwaljanza, u d-drittijiet t’ilmentar u rikors legali.

Fl-istess ħin, qal Franco Mercieca, l-iStandards jinkoraġġixxu lid-Djar Residenzjali tal-Anzjani biex jaddottaw kultura ta’ anzjanità attiva, konsistenti mal-Istrateġija Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva li tnediet f’Novembru li għadda. Is-Segretarju Parlamentari sostna li l-missjoni tad-Djar Residenzjali għandha tmur ‘il hinn mill-kunċett tradizzjonali ta’ kura tal-anzjani u għandha tgħin lir-residenti jirrealizzaw il-potenzjal kollu tagħhom biex jgħixu ħajja aħjar kemm mil-lat fiżiku, soċjali u dak mentali.

Is-Segretarju Parlamentari qal li għalkemm fis-sena 2009 ir-Rapport tad-Dipartimenti  tal-Gvern jgħid li kien għaddej xogħol fuq l-abbozzar ta’ dawn l-istandards nazzjonali, “fit-tliet snin ta’ qabel l-elezzjoni li għaddiet ma ġew ippubblikati ebda standards u lanqas ma nħarġu għal xi forma ta’ konsultazzjoni pubblika. L-Amministrazzjoni  preżenti, minflok taħrab retorikament, timplimenta dak li wegħdet li se tagħmel. Għalhekk, illum qegħdin inniedu dawn l-iStandards Minimi Nazzjonali għad-Djar tal-Anzjani,” qal is-Segretarju Parlamentari.

Iż-żmien ta’ konsultazzjoni pubblika se jibqa’ miftuħ sal-aħħar ta’ Ġunju 2014. Kopja tad-dokument tista’ tinkiseb mis-sit www.activeageing.gov.mt. Kull min hu interessat jagħti il-kontribut tiegħu jista’ jagħmel dan permezz tal-imejl uffiċjali nms.mfss@gov.mt
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow