Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI - Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jilqa’ b’sodisfazzjon l-appell tal-Ministru Żvediż għall-Burden Sharing fuq il-problema tal-Immigrazzjoni

pr140591
Date Icon 25/03/2014

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Manuel Mallia jilqa’ b’sodisfazzjon l-appell li sar mill-Ministru għall-Intern tal-Iżvezja biex ikun hemm ‘burden sharing’ tal-immigranti fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru jinsab sodisfatt li fl-aħħar l-appelli li ilha tagħmel Malta, qed jiġu riflessi wkoll f’appelli li qed jagħmlu pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. B’hekk nistgħu nassiguraw aktar ħidma konġunta dwar din il-problema u l-pressjoni tiżdied fuq il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Skont ir-rapport ‘UNHCR Asylum Trends’ għall-2013, Malta rċeviet l-akbar ammont ta’ applikazzjonijiet għall-ażil, b’rata ta’ aktar minn għoxrin għal kull elf persuna li tgħix f’pajjiżna.

Bħala medja, it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea, ircivew tliet applikazzjonijiet għall-ażil għal kull elf persuna. Dan ifisser li Malta kellha kważi seba’ darbiet aktar mill-medja Ewropea f’dak li jirrigwarda applikazzjonijiet għall-ażil.

Il-ħidma ta’ Malta issa qiegħda ffukata biex ikun hemm time-frames stabbiliti fuq il-proposti tat-Task Force għall-Mediterran li kien beda l-ħidma tiegħu wara ħidma konġunta bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Interni Taljan u dak Malti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow