STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DWAR IL-PIENI TAL-MEWT FL-EĠITTU
pr140589mt
25/03/2014
Il-Gvern ta’ Malta jingħaqad ma’ Catherine Ashton, Viċi President u Rappreżentant Għoli tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar li qorti f’Minya, fin-nofshinhar tal-Eġittu, ilbieraħ ikkundannat 529 individwu għall-mewt.
Malta minn dejjem kienet kontra l-piena kapitali fiċ-ċirkostanzi kollha minħabba li tqis is-sentenza għall-mewt bħala att inuman u li jmur kontra d-dinjità tal-bniedem.
Filwaqt li l-Gvern ta’ Malta jtenni s-sostenn kontinwu tiegħu għall-proċess tal-bidla fl-Eġittu, Malta tħeġġeġ lill-Awtoritajiet Eġizzjani biex jirrispettaw id-drittijiet tal-akkużati għall-proċess ġudizzjarju ġust u konformi man-normi stabbiliti internazzjonali u l-Kostituzzjoni li ġiet adottata reċentement.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en